Left arrow Mur Lura

KUMMERĊ U NEGOZJU TA’ BEJGĦ TAJJEB FL-EWWEL JIEM TAS-SENA 2004

PR38
Date Icon 16/01/2004

Waqt żjara fil-ħwienet fl-Embassy Shopping Complex, fil-Belt Valletta, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo ltaqa’ u tkellem ma’ sidien tan-negozji li min-naħa tagħhom irrapurtawlu li l-bejgħ mis-sales ta' wara l-Milied kien qed juri xejriet pożittivi.   

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ikkummenta li b'mod ġenerali, il-bejgħ fi żmien il-Milied kien tajjeb u dan kien imferrex fuq xiri ta' għażla ta’ prodotti, kif ukoll f’lokalitajiet differenti.  Issa, waqt is-sales ta' wara l-Milied, qed jidher ukoll li l-konsumatur ukoll ħareġ biex jixtri, u l-infieq kien wieħed tajjeb.

F'din l-okkażjoni, l-Onor. Vassallo ta l-kummenti tiegħu dwar id-drittijiet tal-konsumatur waqt dan il-perjodu tas-sales.  “Importanti li kulħadd ikun jaf x’inhuma d-drittijiet tal-konsumatur; kif ukoll dwar l-obbligi tal-bejjiegħ li huma l-istess, bħal waqt ix-xiri normali matul is-sena.  Dan ifisser li meta l-bejjiegħ ikun qed ibiegħ prodotti damaged jew seconds, u li hu jkun jaf b'dan, huwa għandu d-dmir li javża lill-konsumatur b'dan il-fatt.   

Min-naħa l-oħra, meta l-konsumatur, wara li jkun xtara, jsib li l-prodott kien difettuż u li dwar dan ħadd ma kien għarrfu, allura l-konsumatur bħal dejjem, ikollu d-dritt li l-prodott jiġi irranġat, mibdul jew jingħata l-flus lura.  Dan id-dritt ta’ refund jingħata lill-konsumatur għaliex il-bejgħ fih innifsu huwa patt bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ, u meta x-xerrej ma jingħatax dak li kien miftiehem li jingħata u li ħallas għalih, allura x-xerrej, li huwa l-konsumatur għandu jkollu l-prodott irranġat, mibdul jew flusu mogħtija lura

Jiġri wkoll waqt is-sale, fejn xi bejjiegħa jiktbu avviz li ikun jaqra’: no refunds jew goods not exchanged during sale, nixtiequ niċċaraw is-sitwazzjoni rigward dan:  Sakemm il-prodott huwa tajjeb u l-ftehim waqt il-bejgħ ikun sar b'dan il-mod, ix-xerrej m’għandux dritt jitlob flus lura, kif ukoll lanqas ma jista’ jitlob li l-prodott jitbiddel; iżda jekk kemm-il darba l-prodott ikun difettuż allura minkejja kull ftehim li jkun sar bejn il-bejjiegħ u x-xerrej, il-konsumatur ikollu dritt li l-prodott jiġi rranġat, jitbiddel jew jieħu flusu lura.

Il-mistoqsija dwar meta prodott jista’ jinbidel jew flus jingħataw lura, huma dejjem kundizzjonati mill-ftehim li jsir bejn il-bejjiegħ u x-xerrej.  L-importanti huwa li l-konsumatur ikun jaf x’qed jixtri.  

Din l-informazzjoni qed tingħata għaliex ħafna huma dawk li jitolbu din l-informazzjoni mid-Diviżjoni għall-Konsumatur u Kompetizzjoni Ġusta.  

Kumment ieħor li ta s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kien dwar l-ammont ta’ liċenzji maħruġa mit-Trade Licensing Unit fis-sena 2003. Mill-informazzjoni mogħtija mill-Onor. Vassallo jindika li matul is-sena li għaddiet, daħħlu 1,628 applikazzjoni.  

Għand it-Trade Licensing Unit, dawn l-applikazzjonijiet kienu jikkonsistu f'diversi talbiet, mhux bil-fors kollha talbiet għal-liċenzji ġodda, iżda kull applikazzjoni b’mod jew ieħor turi ċaqlieq f'attivita’ kummerċjali.  

Minn dawn, 1628 applikazzjoni u oħrajn tas-sena ta’ qabel li kienu diġa’ qegħdin jiġu pproċessati, ġew finalizzati u maħruġa 1241, filwaqt li 1489 applikazzjoni għadhom qed jiġu pproċessati.

Liċenzji maħruġaLiċenzji għadhom qed jiġu pproċessati 

465kienu liċenzji ta' negozji ġodda.                               443
293bdil ta' sid (change of ownership) tal-liċenzji.             329
156bejjiegħa fit-toroq.                                                   184
124bejjiegħa tas-swieq.                                                117
153kanċellazzjoni ta' liċenzji tan-negozji.                       320

                                        (uħud minn dawn il-kanċellazzjonijiet

                                        iridu jsiru biex liċenzja tkun tista’ ddur  

                                        fuq persuna oħra). 

67                                     bidla ta’ l-attivita’ kummerċjali                                  96

                                         min-negozju diġa’ illiċenzjat

5                                        car boot sales.                                                       0

Din l-istatistika tagħti prova ta' kemm it-tnaqqis tal-burokrazija wkoll kapaċi tgħin biex jinħolqu opportunitajiet ġodda t'impjiegi.  Kull negozjiu gdid li jiftaħ joffri wkoll opportunita’ ta' impjiegi ġodda u dan is-settur qed jasal li joħloq impjiegi ġodda.  Fil-fatt kif kien diġa’ rraportat li minn Diċembru 2001 sa Marzu 2003, inħoloq 1,189 impjieg ġdid.  F'dan il-perjodu, din is-sistema ta' ħruġ ta’ liċenzji kienet diġa’ bdiet taħdem.  

Dwar l-importazzjoni ta' prodotti għall-konsum li jinbiegħu min-negozji u s-swieq tagħna, mill-aħħar statistika ta’ l-NSO, ħareġ li l-importazzjoni tal-Consumer goods

għall-perjodu ta' Jannar-Ottubru 2002 kien ta’ LM243.6 (miljuni) filwaqt li l-istess importazzjoni għall-perjodu Jannar-Ottubru 2003 kien ta' Lm257.1 (miljuni).  Żjieda ta’ 13-il miljun lira ta’ importazzjoni ta’ prodotti għall-konsum lokali.  Dan ukoll jagħtina prova ta' saħħa u l-kunfidenza li l-konsumatur għandu fis-suq Malti.

L-Onor. Vassallo temm iż-żjara tiegħu b'dawn il-kummenti: "Din is-sena għadha fil-bidu tagħha, il-kompetizzjoni fis-suq ser tkompli tikber, l-għażla tal-prodotti u n-numru ta' negozji se jkomplu jikbru u għalhekk l-għażla żgur ser taqa’ fuq min kapaċi jbiegħ, għażla tajba ta' prodotti bi prezz tajjeb.  Il-konsumatur ser ikun qed ifittex min ser jaqdieh l-aħjar.  Bħal ma qiegħed jiġri fis-swieq barranin, qed nipprevedi li s-suq tagħna ser ukoll ikun milqut minn offerti ta' roħs fil-prodotti.   

Din ser tagħmel in-negozju tagħna aktar kompetittiv.  Dan ifisser offerti tajbin għall-konsumatur, iżda sfidi akbar għal min qiegħed fin-negozju.  Il-Gvern ser ikun kontinwament qed segwi s-suq u jqabbel ma’ pajjiżi oħra issa msieħba fl-Unjoni Ewropea, biex jara x'passi jridu jittieħdu biex il-profitabilita’ tkun ukoll garantita f'suq fejn il-kompetizzjoni tkun qed tikber,” temm jghid l-Onor. Vassallo.     

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow