ŻJARA TAL-PRIM MINISTRU FIL-LIBJA
Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni jirreferi għall-istqarrija ta’ Onor Leo Brincat dwar iż-żjara tal-Prim Ministru fil-Libja.
Il-Prim Ministru mar il-Libja fuq stedina taċ-Chairman tal-Corinthia Group sabiex jara l-lukanda ġdida li din il-kumpanija fetħet fi Tripli. Din il-lukanda hija r-riżultat ta’ investiment qawwi tal-Corinthia Group li jlaħħaq il-miljuni ta’ liri. Ta’ min jgħid li ħafna mix-xogħol ta’ din il-lukanda sar minn kuntratturi Maltin.
Kif kien Tripli l-Prim Ministru għamel żjara ta’ kortesija lill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Dr Abulrahman Shalgam, mal-Ministru ta’ l-Ekonomija u Kummerċ Dr Abdel Qader Al Kheir u mad-Deputat Prim Ministru Dr Al-Bughdadi. Il-Prim Ministru tal-Libja kien barra l-pajjiż fil-waqt li l-Kurunell Qadhafi ma kienx Tripli.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en