Left arrow Mur Lura

IL-WEBSITE TAL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX TAQBEŻ IN-NOFS MILJUN VIŻITATUR

PR354
Date Icon 15/03/2004

Il-website tal-Ministeru għal Għawdex, www.gozo.gov.mt qabżet in-nofs miljun viżitatur minn meta ġiet imwaqqfa fil-31 ta’ Jannar 2002 u llum qed iżuruha medja ta’ iktar minn 1000 persuna kuljum. 

Il-website twaqqfet sabiex tippromwovi l-interessi tal-gżira t’Għawdex online billi tipprovdi informazzjoni ta’ natura turistika u dwar Għawdex b’mod ġenerali bil-għan li ssaħħaħ il-promozzjoni ta’ Għawdex bħala destinazzjoni turistika unika. Fl-istess ħin hija mezz ta’ kif toħloq link ma’ l-Għawdxin li jgħixu f’Malta jew f’pajjiżi barranin. 

Mil-lat amministrattiv, il-website tipprovdi wkoll tagħrif dwar is-servizzi li jingħataw mid-dipartimenti tal-Ministeru għal Għawdex u l-possibilita` ta’ użu ta’ wħud minn dawn is-servizzi online. 

Dan is-sit huwa pjattaforma għall-ħajja soċjali u kulturali ta’ Għawdex. Jinkludi wkoll informazzjoni u contact details ta’ l-għaqdiet mhux governattivi Għawdxin li huma reġistrati ma’ l-NGO Centre tal-Ministeru għal Għawdex, kif ukoll kalendarju ta’ attivitajiet li jkunu ser isiru f’Għawdex. Fir-rokna “Attivitajiet” wieħed jista’ jsib ritratti ta’ attivitajiet li jiġu organizzati minn sena għal oħra, bħall-festi tradizzjonali, wirjiet tradizzjonali, il-Karnival, attivitajiet marbuta ma’ l-Għid u l-Milied u oħrajn. Wieħed jista’ jsib lista bid-dettalji ta’ emigranti Għawdxin kif ukoll formula ta’ reġistrazzjoni għal dawk li jixtiequ jirreġistraw irwieħhom.  

Hemm sezzjoni wkoll iddedikata għall-pubblikazzjonijiet dwar Għawdex li jinsabu fil-Librerija Pubblika Victoria kif ukoll informazzjoni utli għat-turist li jkun ser iżur Għawdex inkluża informazzjoni dwar lukandi, ristoranti, mużewijiet, attrazzjonijiet u informazzjoni oħra ta’ natura ġenerali. It-turisti jistgħu wkoll iħallu l-kummenti tagħhom li huma ppubblikati online.  

Is-sezzjoni ta’ l-Aħbarijiet tinkludi mhux biss l-istqarrijiet tal-Ministeru għal Għawdex imma wkoll stqarrijiet minn għaqdiet mhux governattivi kif ukoll aħbarijiet oħra b’konnessjoni ma’ Għawdex.  

www.gozo.gov.mt hija ppubblikata fiż-żewġ lingwi uffiċċjali, jiġifieri Malti u Ingliż u fix-xhur li ġejjin se tkun bit-Taljan, bil-Franċiż u bil-Germaniż. Il-website tipprovdi links ma’ siti oħra importanti u ta’ rilevanza għal Għawdex. Hija wkoll illinkjata mal-portal uffiċċjali tal-Gvern www.gov.mt. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow