Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JŻUR IL-KUMPLESS TA’ L-ENEMALTA F’ ĦAS-SAPTAN

PR339
Date Icon 12/03/2004

Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, akkumpanjat mill-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, Austin Gatt il-bierah żaru l-kumpless li għandha l-Enemalta f’Ħas-Saptan. Dan l-impjant inbena minn NATO bejn l-1958 u l-1964. Il-Ministru Gatt fisser li l-kumpless ta’ Ħas-Saptan mingħajr dubju jista’ jitqies bħala mpjant uniku fir-reġjun tal-Mediterran.  

Il-Ministru Gatt ħabbar li fil-futur qrib, l-Enemalta ser tagħlaq il-fuel depot li għandha f’Birżebbugia u tittrasferixxi parti sostanzjali mill-ħażna li għandha f’Ħas-Saptan.  Uħud mit-tankijiet li għandha l-Enemalta f’Ħas-Saptan, 16 b’kollox,  fil-preżent qed jinkrew lill-kumpaniji internazzjonali.  

Il-Ministru Gatt faħħar lill-ħaddiema li jaħdmu f’dan il-kumpless għad-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom. Austin Gatt introduċa wkoll lis-senior management il-ġdid tal-kumpanija Enemalta. Dawn huma: 

Ray Attard                  Chief Executive Officer
John Pandolfino            Chief Financial Officer
Konrad Mizzi                Chief Information Officer
Inġ. Ronald Vella          Head of Electricity  

Il-Ministru Gatt qal li fil-jiem li ġejjin ser issir sejħa pubblika biex isir ir-reklutaġġ ta’ Chief Human Resources and Corporate.   

Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami fisser il-ħidma li qed issir mid-diretturi u l-ħaddiema ta’ l-Enemalta bħala riflessjoni ta’ l-ispirtu li qed jirrenja f’pajjiżna; dak li nagħrfu nħaddmu r-riżorsi tagħna bl-aktar mod effiċjenti għall-pajjiżna.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow