Left arrow Go Back

KUNGRESS F’MALTA GĦAL SAĊERDOTI MID-DINJA KOLLHA

PR338
Date Icon 12/03/2004

Il-Ministru għat-Turiżmu, l-Onor. Francis Zammit Dimech, akkumpanja lil Monsinjur Liberio Andreatta, President ta’ l-Opera Romana Pellegrinaggi għal żjarat lill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami u lill-Monsinjur Arċisqof Gużeppi Mercieca.  Mons. Andreatta kien Malta biex jagħmel l-arranġamenti preliminari biex jiltaqa’ Kungress f’Malta bil-parteċipazzjoni ta’ bejn 1,000 u 1,500 saċerdot minn madwar id-dinja kollha. Il-Ministru Zammit Dimech kien diġà ltaqa’ ma’ Mons. Andreatta tliet xhur ilu, fejn flimkien iddiskutew din l-inizjattiva importanti ħafna għal Malta. 

Kull sena l-Kongregazzjoni tal-Kleru tas-Santa Sede torganizza Kungress għal saċerdoti djoċesani u reliġjużi mid-dinja kollha. Ħames laqgħat simili kienu saru fis-snin ta’ qabel f’Lourdes, Fatima, il-Kosta ta’ l-Ivorju, fil-Messiku, Ġerusalemm u Ruma.  Il-laqgħa maħsuba li ssir f’Malta se tkun “fuq il-passi ta’ San Pawl” u sabiex il-kleru se jsiru jafu aktar dwar il-Beatu Ġorġ Preca u l-Beatu Nazju Falzon, membri tal-kleru Malti.  

Dan il-Kungress Internazzjonali tal-Kleru se jġib f’Malta numru kbir ta’ saċerdoti biex jistudjaw, jiddiskutu u jitolbu flimkien.  

Il-Ministru għat-Turiżmu qal li dan il-Kungress kien jinkwadra f’waħda minn niċeċ li l-Gvern kien qed jibni għas-settur turistiku: it-turiżmu reliġjuż. Dan is-settur jiġbor fih laqgħat u kungressi għall-kleru, żjarat f’Malta minn turisti li jiġu biex igawdu l-patrimonju reliġjuż kulturali u storiku, kif ukoll barranin li jiġu għall-festi organizzati lokalment. Il-wirt kbir ta’ knejjes u xogħlijiet artistiċi reliġjużi li kien jipposjedi pajjiżna kienu jagħmlu minn Malta destinazzjoni turistika reliġjuża mill-aqwa. 

Mons. Liberio Andreatta hu akkumpanjat mill-Mons. Charles G. Vella u minn Dott Massimo Caponetti, Direttur għall-Relazzjonijiet Barranin ta’ l-“Opera Romana”. Tul iż-żjara tagħhom f’Malta ltaqgħu ma’ l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca, ma’ l-Isqof ta’ Għawdex, Nikol Cauchi u n-Nunzio Appostoliku, Mons. Felix del Blanco Prieto. 

Il-Kungress li se jsir Malta se jitmexxa mill-Kardinal Dario Castrillon Hoyos tal-Kolumbja. Il-Kardinal Castrillon Hoyos erba’ snin ilu żar Malta u Għawdex flimkien ma’ Mons. Charles Vella u kien impressjonat mill-fidi u l-ħajja tal-Knisja fiż-żewġ dioċesi. F’Għawdex mexxa l-festa tal-Qalb Imqaddsa fil-parroċċa tal-Fontana, Għawdex. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow