Left arrow Mur Lura

YOUTH EMPOWERMENT CENTRES F’SEBA’ LOKALITAJIE

PR331
Date Icon 11/03/2004

Il-Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura dal-għodu ffirma ftehim ma’ seba’ Kunsilli Lokali bil-għan li jitwaqqfu Youth Empowerment Centres fil-lokalitajiet tagħhom.

Is-seba’ kunsilli huma dawk taż-Żurrieq, Ħal Qormi, il-Mosta, Ħal Tarxien, il-Fgura, ta’ Victoria Ghawdex u Birkirkara. L-għan ta’ dawn il-Youth Empowerment Centres ser ikun biex jgħinu sabiex tissaħħaħ il-ħidma ta’ l-għaqdiet volontarji fil-qasam edukattiv, kulturali, sportiv u soċjali li diġa’ hemm f’dawn il-lokalitajiet.

Meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet waqt l-iffirmar ta’ dan il-ftehim, il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett qal li l-ħsieb wara l-Youth Empowerment Centres huwa li jgħinu fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet taż-Żgħażagħ fil-lokalitajiet.

"Dari wieħed kien isib numru ta’ ċentri għaż-żgħażagħ f’kull raħal, ħafna drabi mmexxija minn reliġjużi. Għalkemm il-popolazzjoni f’ħafna rħula kibret, reliġjużi li jmexxu ċentri bħal dawn qegħdin jonqsu. It-twaqqif ta’ dawn il-Youth Empowerment Centres sejjer iwassal għall-impjieg ta’ Youth Workers professjonali sabiex jaħdmu viċin iż-żgħażagħ tal-lokal," qal il-Ministru Mugliett.

Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura ddeskriva dan l-avveniment bħala pass importanti fl-implimentazzjoni ta’ politika nazzjonali ġdida għaż-żgħażagħ għat-tlett snin li ġejjin. Hu qal li din il-politika f’artikolu numru tnax titkellem speċifikament dwar il-Kunsilli Lokali bħala sħab idejali sabiex ikunu kkultivati l-ħiliet fil-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ.

"Il-politika nazzjonali għaż-żgħażagħ ġiet mibnija wara konsultazzjoni sħiħa u twila maż-żgħażagħ fl-aħħar xhur u għalhekk l-inizjattivi li joħorġu minnha – bħalma huma l-Youth Empowerment Centres - huma dak li jixtiequ jaraw iż-żgħażagħ.

"Is-suċċess ta’ dan il-proġett jiddependi ħafna mill-impenn li kull Kunsill jagħti lil din l-inizjattiva. Il-Ministeru fassal it-triq, issa l-Kunsilli jridu jagħrfu li din hija opportunita’ li tista’ tikber jekk wieħed jagħraf jisfruttaha filwaqt li ġġib opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ, speċjalment dawk li jinsabu fuq ix-xifer tas-soċjeta’,” kompla jgħid il-Ministru Mugliett.

Hu żied jgħid li l-Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura huwa mpenjat li jgħati l-appoġġ tiegħu f’dan il-proġett permezz ta’ laqgħat mal-youth workers. Dan anke sabiex kontinwament iżomm idu fuq il-polz taż-żgħażagħ f’kull lokal. Fil-fatt, fost id-dmirijiet tal-youth workers li jidħlu f’din l-iskema, hemm il-ġbir ta’ informazzjoni dwar in-numru ta’ l-għaqdiet li hemm fil-lokal tagħhom, il-każijiet li jirreferu lill-aġenziji, kif ukoll dwar l-attivitajiet kollha li se jiġu organizzati matul is-sena.

"Din l-informazzjoni li tinġabar hija mportanti biex aħna nkunu konxji tar-realta’ eżistenti fil-qasam taż-żgħażagħ,” kompla jgħid il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura.

L-għanijiet tal-Youth Empowerment Centres huma li:

  • Jipprovdu informazzjoni għaż-żgħażagħ dwar opportunitajiet fl-edukazzjoni u taħriġ fil-qasam tax-xogħol.
  • Jirreferu żgħażagħ li qegħdin f’riskju ma’ aġenziji konċernati biex jgħinuhom permezz ta’ counselling, żvilupp personali u oqsma soċjali oħra.
  • Jgħinu żgħażagħ fil-lokal jipparteċipaw fil-programmi barra minn Malta fosthom il-Programm YOUTH tal-Unjoni Ewropea.
  • Titwaqqaf kummissjoni fil-lokalita’ biex tgħin fl-implementazzjoni tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ.

Il-Ministru Mugliett temm jgħid li din hija biss l-ewwel minn serje ta’ inizjattivi ambizzjużi li l-Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura ser ikun qiegħed iniedi fil-ġimgħat li ġejjin – li fosthom hemm proġett ġdid fil-Kottonera intenzjonat biex jilħaq liż-żgħażagħ li qegħdin f’riskju.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow