Left arrow Mur Lura

INAWGURAT GNIEN TAZ-ZEBBUG FIN-‘NURSERY’ TA’ WIED INCITA

PR32
Date Icon 15/01/2004

Meta l-Gvern beda n-negozjati biex jifforma l-ewwel Public-Private Partnership mal-Environmental Landscapes Consortium (ELC), wahda mill-punti ewlenin u krucjali ta’ dawn id-diskussjonijiet kienet l-uzu u l-izvilupp tal-mixtla ‘Ewropa Nursery’, li tinsab f’Wied Incita, H’Attard. Din il-mixtla li tifrex fuq 120 tomna art kienet digà qeghda tintuza ghal zmien twil biex tipproduci xtieli u sigar ghall-uzu tal-Ministeru ta’ l-Agrikoltura, ghal dak li ghandu x’jaqsam ma’ tahwil ta’ sigar f’gonna u spazji pubblici. 

Dan qalu l-Ministru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino waqt l-inawgurazzjoni ta’ Gnien taz-Zebbug fin-nursery ta’ Wied Incita.  Prezenti ghal din l-attivita’ kien hemm il-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor.  John Dalli. 

Il-Ministru George Pullicino qal li fiz-zmien qasir li ilha topera l-E.L.C., digà qeghdin jitkabbru eluf kbar ta’ xtieli b’metodi moderni u efficjenti. Barra minn hekk, qed isir riciklagg ta’ hekk imsejjah ‘green waste’ li jigi miz-zbir ta’ sigar u xtieli. Dan il-materjal qabel kien jintefa’ kollu l-Maghtab bil-problemi kollha li dan igib mieghu. Illum, permezz ta’ magna apposta, maghrufa bhala ‘Shredding & Composting Machine’, dan il-materjal qed jerga’ jintuza f’wicc il-hamrija u jigi nkorporat f’tahlita ta’ kompost.  

George Pullicino qal li f’Wied Incita ssir ukoll il-hazna u l-bejgh ta’ injam ghall-uzu domestiku u ndustrijali biex b’hekk kull parti tas-sigar li qabel kienu jintremew issa qed jintuzaw ukoll. Hemm hafna skopijiet ohra ghall-‘Ewropa Nursery’, fosthom l-izvilupp ta’  centru ta’ Agro-Turizmu, liema pjanijiet digà tfasslu u wiehed jista’ jarahom.  

Il-Ministru George Pullicino zied jghid li t- tahwil simboliku li qed isir illum jifforma parti integrali minn pjan ta’ zvilupp ghall-produzzjoni taz-zejt taz-zebbuga, fuq parti sostanzjali minn dan is-sit.  Dan jista’ jwassal biex ikollna produzzjoni akbar ta’ zejt taz-zebbuga li tippermetti l-esportazzjoni ta’ dan il-prodott.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow