STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-G.W.U. U L-MINISTERU GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMAZZJONI U L-INVESTIMENT
Il-GWU u l-Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment iħabbru li sar progress sostanzjali fuq il-punti kollha dwar il-ftehim kollettiv tal-Public Broadcasting Services.
Id-diskussjonijiet kienu jkopru skemi ta' tmiem volontarju mill-impjieg għall-impjegati tal-PBS; l-istruttura l-ġdida ta' l-organizzazzjoni; il-pagi, il-ħinijiet tax-xogħol u klawsoli oħra tal-ftehim kollettiv.
Il-Management tal-P.B.S. Ltd. hu kommess li sa nhar il-Ġimgħa, 12 ta' Marzu 2004 jipprovdi lill-General Workers' Union, bid-dokumentazzjoni kollha relevanti skond id-diskussjonijiet mitmuma llum.
Il-General Workers' Union hi kommessa li wara li teżamina u tapprova din id-dokumentazzjoni tlaqqa’ lill-ħaddiema biex tikseb approvazzjoni għall-ftehim.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en