Left arrow Go Back

ĠIMGĦA DWAR IL-KARRIERI FIL-KULLEĠĠ DE LA SALLE

PR306
Date Icon 08/03/2004

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea inawgura ġimgħa ta’ attivitajiet dwar l-impjiegi u l-karrieri fil-Kulleġġ De La Salle għall-istudenti kollha mill-Form 1 sal-Form 5. Il-ġimgħa ta’ attivitajiet li qed issir bl-għajnuna tal-ETC u l-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskola, hi maħsuba biex l-istudenti jkollhom l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jagħmlu l-aħjar għażliet skond il-karrieri li jridu jsegwu.

Il-‘Careers Week’ tinvolvi numru ta’ wirjiet minn kumpaniji u persuni minn oqsma differenti tad-dinja tax-xogħol; informazzjoni dwar il-korsijiet f’livelli għola li joffru istituzzjonijiet terzjarji u vokazzjonali bħal l-Universita’, MCAST u l-ITS; diskussjonijiet dwar temi differenti, kif ukoll taħriġ dwar kif wieħed jippreżenta il-Curriculum Vitae tiegħu u kif wieħed jipprepara għall-intervisti li jsiru qabel wieħed jiġi impjegat ma’ xi kumpanija. L-attivitajiet se jinvolvu wkoll lill-ġenituri.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru Louis Galea tkellem dwar l-importanza ta’ pariri u ta’ gwida li għandhom bżonn l-istudenti biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet tajba f’ħajjithom. Hu qal li hu fatt li d-dinja tax-xogħol qed tinbidel, tant li hemm bżonn sistemi ġodda ta’ kif ninfurmaw u nagħtu l-pariri lill-istudenti fil-qasam ta’ l-impjiegi u l-karrieri. Il-Ministru qal li l-ġimgħa li għaddiet tkellem mal-għalliema tal-Guidance u mal-Counsellors fl-iskejjel dwar il-bidliet li hemm bżonn li jsiru f’dan il-qasam biex inkomplu nagħtu servizz ta’ kwalita’ lill-istudenti. B’mod partikolari hemm bżonn naraw kif se nagħtu servizz li mhux biss jinforma dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol u taħriġ f’pajjiżna iżda wkoll ta’ l-opportunitajiet li jeżistu fl-Ewropa kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow