Left arrow Go Back

STQARRIJA KONGJUNTA BEJN ID-DIVIZJONI TAS-SAHHA U L-M.U.M.N.

PR305
Date Icon 08/03/2004

Intlaħaq ftehim bejn id-Diviżjoni tas-Saħħa u l-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) dwar diversi kwistjonijiet pendenti wara li l-MUMN irtirat id-direttivi fl-Isptar San Luqa biex setgħet tmur lura għat-taħdidiet mad-Diviżjoni tas-Saħħa. 

Ġie miftiehem li fid-dipartiment tal-medicina u l-kirurġija, in-nurses jiġu allokati skond ‘ratio’ pre-stabbilit, biex jassigura minimu ta’ ‘staffing level’ sabiex jagħmel tajjeb għall-pazjenti li jkun hemm żejda mill-‘ward complement’. Dan il-kuncett hu wieħed progressiv għax joffri garanzija ta’ kura adegwata f’perijodi ta’ kriżi.  Dan qed isir fuq rakkomandazzjonijiet ta’ l-International Council of Nurses u ferm qabel pajjiżi li huma żviluppati iktar minna. 

Intlaħaq ftehim sabiex in-nurses kollha jkollhom id-dritt li jaħdmu ġimgħa ta’ 46 siegħa.  Dan il-ftehim jikkontempla li permezz ta’ ‘roster’ iktar efficjenti, n-numru ta’ nurses fuq is-swali ser jizdied b’tali mod li bis-saħħa ta’ din il-miżura u dik ta’ qabel, in-numru ta’ nurses fil-kura mal-pazjenti sa jiżdied konsiderevolment. 

Intlaħaq ftehim ukoll sabiex l-għoti ta’ terapija intra-venusa tingħata min-nurses filwaqt li ġie miftiehem li t-taħriġ li qed jingħata lin-nurses ikompli b’tali mod, li jilħaq lil kulħadd.  Biss, dawk in-nurses li ma jkollhomx it-taħriġ u ma jħossuhomx kompetenti filwaqt li għandhom dritt li dan ix-xogħol ma jagħmluhx, huma fid-dover li jitħarrġu ħalli jkunu jistgħu jagħmlu dan ir-rwol. 

Rigward l-iffullar żejjed fis-swali tal-medicina, ġie miftiehem li fejn hemm il-vakanzi għal  ‘nursing aide’, jiġu mħarrġa numru ta’ ‘nursing aides’ biex jassistu n-‘nurses’ fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom. Intlaħaq ftehim li ‘l quddiem jiġu eżaminati l-‘work practices’ preżenti ħalli jsir użu aħjar mir-riżorsi umani b’tali mod li jieħdu in konsiderazjoni n-natura tax-xogħol tan-nurse u l-istress assocjat miegħu u l-kwalita` tal-kura mogħtija lill-pazjenti. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow