IL-MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN JILTAQA’ MAL-COMUNITA’ MONTANA DELL’ANIENE
Il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg dal-ghodu kellu laqgha ma’ delegazzjoni mill-Comunita’ Montana dell’Aniene ta’ l-Italja, li fiha tigbor grupp ta’ 31 Kunsill Lokali mir-Regjun ta’ Lazio fl-Italja, li giet Malta fuq stedina tal-Kunsill Lokali ta’ l-Gharb, Ghawdex.
Id-delegazzjoni tinkludi lil President tal-Comunita’, Luciano Romanzi, lill-President ta’ l-Unjoni tal-Provincji tar-Regjun ta’ Lazio, Marco Bruschini, kif ukoll ghadd ta’ sindki u kunsilliera. L-ghan principali taz-zjara huwa li jigi stabilit ftehim ta’ koperazzjoni mal-Kunsilli Lokali kollha ta’ Ghawdex bhala Regjun, biex jipprovdi ghal bdil f’diversi setturi fosthom il-kultura, l-isport, it-turizmu, l-edukazzjoni u anki s-settur kummercjali.
Wara li ta merhba lid-delegazzjoni, il-Ministru Tonio Borg qal li attivitajiet bhal dawn jghinu lill-Kunsilli Lokali Maltin u Ghawdxin biex ikomplu jevolvu, issa li wara ghaxar snin li ilhom jezistu gew konsolidati. Ir-rwol tal-Kunsilli issa huwa rikonoxxut minn kull partit politiku Malti li kollha ghandhom rapprezentanza fil-Kunsilli Lokali. Il-Ministru Tonio Borg fakkar li issa il-Kunsilli Lokali huma parti mill-ghola ligi tal-pajjiz, il-Kostituzzjoni.
Meta tkellem dwar l-importanza li jkun hemm skambji bhal dawn, il-Ministru Borg qal li sal-lum ghandna 37 Kunsill Lokali li ghandhom ‘twinning’ ma’ 41 belt u rahal f’pajjizi ohra. Fost dawn il-pajjizi hemm hafna Ewropej izda hemm Kunsilli li ghandhom gemellagg ma’ bliet fl-Istati Uniti u anke fic-Cina.
Tonio Borg qal li tul dawn l-ahhar ghaxar snin il-Gvern dejjem ta iktar devoluzzjonijiet lill-Kunsilli. Meta twaqqfu l-Kunsilli, dawn kienu responsabbli biss mill-indafa, izda issa huma responsabbli mill-ippjanar, libreriji, manteniment ta’ toroq, dwal, sinjali u mmaniggjar tat-traffiku u anki responsabbli mill-infurzar tal-ligi fil-lokalitajiet taghhom.
Il-Ministru Tonio Borg qal li bhalissa qed jithejjew emendi ghall-Ligi tal-Kunsilli Lokali, li wara l-esperjenza ta’ ghaxar snin, jenhtieg tigi aggornata. Huwa qal li hemm il-hsieb li l-Ligi l-gdida tkun ghaddiet mill-istadji kollha sa l-ahhar ta’ din is-sena.
Mad-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, anki l-Kunsilli Lokali ser jinfethulhom hafna opportunitajiet. Jekk jahdmu bil-ghaqal, bosta Kunsilli jistghu igawdu minn finanzjament ta’ programmi ta’ l-Unjoni Ewropea. Hemm hafna fondi li jistghu jintuzaw biex titjieb il-kwalita’ tal-hajja tar-residenti tal-lokalitajiet taghhom.
Il-President ta’ l-Unione Regionale delle Provincie del Lazio, l-Onor Guido Milana qal li fl-Unjoni Ewropea hemm hafna fondi li jistghu jakkwistaw il-Kunsilli Lokali u wieghed l-ghajnuna ta’ l-ghaqda taghhom, li ghandha n-‘know how’ biex kunsilli lokali Maltin u Ghawdxin jibbenefikaw minn dawn il-fondi.
Ghal-laqgha kien hemm prezenti s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en