Left arrow Mur Lura

IS-SITWAZZJONI FIL-BIĊĊERIJA

PR290
Date Icon 05/03/2004

Il-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jixtieq jiddikjara illi m’huwiex veru li Spetturi ta’ l-Unjoni Ewropea ordnaw li tingħalaq xi sezzjoni tal-biċċerija, kif kien rappurtat f’sezzjoni ta’ l-istampa.

Il-verita’ hi li l-ispetturi ta’ l-Unjoni Ewropea ma semmew xejn dwar il-kirxa; u s-sezzjoni tal-biċċerija fejn tinħadem il-kirxa ilha magħluqa għal xi ġimgħat minħabba xogħol ta’ mmodernizzar u titjib li qed isir fiha.

Ix-xogħol ta’ titjib fil-biċċerija ilu li beda u riċentament kienet imtejjba l-linja taċ-ċanga. Fost ix-xogħol li sar kien hemm tibdil tal-madum u titjib fil-kuridur minn fejn il-karkassi jgħaddu għaċ-chillers. Tbiddlu wkoll ir-rails tal-linja taċ-ċanga u tal-market hall u saru ta’ l-istainless steel.

Ix-xogħol ta’ titjib fil-biċċerija wassal ukoll biex sar titjib fil-kamra fejn jittieħdu l-kampjuni għat-testijiet tal-BSE. Kienet ordnata stunning pen għall-baqar u ż-żona fejn jinqatlu l-bhejjem qed tkun rinnovata.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ifakkar li fix-xhur li għaddew tlestiet slaughter lineġdida għall-majjal u fi żmien qasir se jibda x-xogħol fuq impjant tal-cutting and deboning ġdid.

Fl-aħħarnett, il-Ministeru jtenni li hija irresponsabbilta’ kbira li jixxandru aħbarijiet u filmati li jistgħu jwasslu biss biex jipperikolaw l-għixien tar-raħħala Maltin u Għawdxin, u joħolqu allarm bla bżonn fost il-konsumaturi Maltin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow