MESSAĠĠ TAL-PRIM MINISTRU LILL-KONSLI ONORARJI FL-OKKAŻJONI TA’ L-ISKAMBJI TA’ AWGURI GĦAS-SENA L-ĠDIDA
Fl-indirizz tiegħu lill-Konsli Onorarji f’Kastilja, il-Prim Ministru qal li l-pajjiż għaddej minn żmien ta’ importanza straordinarja.
Il-Prim Ministru rrefera għall-futur mimli opportunitajiet ġodda li jitolbu lil kull Malti li jagħmel l-aħjar li jista’ minn dawn iċ-ċirkustanzi ġodda għal pajjiżna. Il-Prim Ministru qal li l-Konsli Onorarji għandhom funzjoni li mhux biss jaqdu l-gvernijiet li akkreditawhom għal Malta iżda li jaħdmu wkoll fl-interess ta’ pajjiżna. Huwa emfasiżża wkoll li x-xewqa tal-gvern hija li l-Konsli Onorarji jkollhom funzjoni dejjem aktar importanti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iżvilupp ta’ pajjiżna.
Il-Prim Ministru kkonkluda billi rringrazzja lill-Konsli Onorarji għall-ħidma tagħhom fis-snin l-imgħoddija filwaqt li awgura li din il-ħidma tkompli tkun ta’ fejda għal pajjiżna fis-snin li ġejjin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en