Left arrow Go Back

FULJETTI B’INFORMAZZJONI DWAR IL-LIĠJIET TAL-KONSUMATUR LI SER JITQASSMU LIS-SIDEN TAN-NEGOZJI

PR289
Date Icon 05/03/2004

Waqt żjara li ghamel fil-kumpless tax-xiri li hemm f’Bieb il-Belt (City Gate Shopping Arcade) fejn qed isir xogħol mill-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura biex dan il-kumpless jissebbaħ, is-Segretarju Parlamentari fil-Minsiteru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo iltaqa’ mas-siden tan-negozji f’dan il-kumpless. L-Onor. Vassallo kellu diversi laqgħat ma’ dawn is-sidien fejn huma talbu li jsiru miljoramenti f’dan il-kumpless bl-iskop li n-negozju tagħhom ma jibqax lura, meta komparat ma’ hwienet ohra. Edwin Vassallo irrefera għal mod kif il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Żammit ħa nteress partikolari f’din il-ħidma li kien hemm bżonn li ssir.

Filwaqt li Edwin Vassallo tkellem ma‘ sidien tal-ħwienet, huwa qassam ukoll fuljetti li ġew ippublikati bil-ħsieb li d-drittjiet tal-konsumatur ikunu aktar magħrufa mis-sidien tan-negozju.

F’kummenti li ghamel is-Segretarju Parlamentari huwa qal li “Iżjed ma jkollna sidien ta’ negozju jafu x’titlob il-liġi tal-konsumatur, iżjed ikollna konsumaturi sodisfatti, u b’hekk ikollna inqas konsumaturi li jirrikorru għat-tribunal tal-konsumatur. Huwa għalhekk li qed tkun intesifikata l-ħidma ta’ għarfien tal-liġi tal-konsumatur mis-sidien tan-negozju."

Is-Segretarju Parlamentari rrefera wkoll għal Jum il-Konsumatur li ser jigi mfakkar fil-15 ta’ Marzu. Huwa qal li ghal din l-okkazjoni qed jithejjew diversi attivitajiet bil-ħsieb li jingħata aktar għarfien dwar id-drittijiet tal-konsumatur u fl-istess hin ta wkoll statistika dwar l-ilmenti li ġew deċiżi mill-Arbitru tat-Tribunal tal-Konsumatur matul is-sena 2003. Kien hemm total ta’ 336 ilment matul din is-sena. Minn dawn, 190 ġew deċiżi mill-Arbitru, filwaqt li 146 każ xorta waħda laħqu ftehim amikevoli. 64 każ kienu ta’ prodotti difettużi, 25 kienu dwar servizzi mhux provduti. Kien hemm ukoll 35 każ ta’ ħsara.

L-Onor. Edwin Vassallo qal li l-informazzjoni hija għodda kemm għall-konsumatur kif ukoll għan-negozjant u jekk it-tnejn ikunu nfurmati tajjeb, it-tnejn ikunu sodisfatti.

Ilmenti li ġew deċiżivi mill-Arbitru fis-sena 2003

336 ilment matul is-sena 2003.

190 ilment ġew deċiżi mill-Arbitru, filwaqt li 146 għad li ttellgħu quddiem l-Arbitru laħqu ftehim amikevoli f’dan l-istadju.

Prodotti difettużi64 (Fi 12 minn dawn il-każi n-negozjant ma kellux tort).
Servizzi mhux provduti jewProvduti parzjalment 25 (fi 2 minn dawn il-każi n-negozjant ma                                                    kellux tort)
Ħsara22 (kawża li servizz ma’ ingħatax)

                                                 13 (kawża ta’ livell baxx ta’ servizz ipprovdut).

Prodott mogħti mhux skond l-ordni     7

Kont mhux ġustifikat                         7

Tardjar biex jitwassal il-prodott           2

Tardjar biex jitwassal servizz             6

Rifjuta li jipprovdi servizz                   1

Irrifjuta li jonora garanziji                   3

Każijiet oħra kkonċernati:

Servizz ma ġiex mitlub u ġie pprovdut;
Sar depożitu fuq ordni li ma waslitx;
Żjieda fil-prezz;
Informazzjoni mhux korreta jew mhux adegwata;
Tħassar il-kuntratt;
Inkisru l-arranġamenti tal-ħlas;
Kundizzjonijiet tal-kuntratt; ma tħallas kumpens;
Il-kuntratt mhux imwettaq b’mod sodisfaċenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow