Left arrow Mur Lura

GUIDANCE AND COUNSELLING

PR288
Date Icon 05/03/2004

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea inawgura website tal-‘Guidance and Counselling Services’. Din il-website mhux biss tinforma lill-pubbliku fuq is-servizzi li jiġu offruti minn din it-Taqsima, imma se twassal biex is-servizz stess ikun aktar aċċessibli għal dawk kollha li jixtiequ jagħmlu użu minnu.

Waqt din l-attivita’, il-Ministru Louis Galea qal li tlett xhur ilu attenda il-‘launch’ tal-ktieb tal-Professur Ronald Sultana (Lifelong Guidance and the European Challenge: Issues for Malta). Hu qal li aktar qed joħroġ ċar kemm is-settur tal-‘guidance’ għandu rwol kruċjali, mhux biss fil-ħajja ta’ l-istudent, imma wkoll għall-ekonomija u d-dinja tax-xogħol f’Malta. "L-istudenti għandhom bżonn ta’ servizzi aktar effettivi ta’ pariri għall-karrieri tul l-esperjenza edukattiva tagħhom kollha. Għandna bżonn gwida għall-għażla tal-karriera li tirrifletti sew x’qed jiġri fid-dinja tax-xogħol kif ukoll fuq it-‘trends’ tas-suq tax-xogħol," fisser Louis Galea.

Il-Ministru Galea qal li l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni qed jaħdem biex itejjeb is-sitwazzjoni ta’ pariri għall-karrieri. Dan l-aħħar twaqqaf il-‘Euroguidance Forum’ fejn kull min huwa nvolut f’dan il-qasam, fosthom l-imsieħba soċjali, qed jiltaqgħu flimkien biex jiddiskutu temi li għandhom x’jaqsmu mas-settur tal-‘guidance’.

Il-Ministru qal li f’pajjiżi oħra l-‘Euroguidance Forum’ jiddetermina d-definizzjoni tal-kunċett ta’ ‘lifelong guidance’. Il-‘Euroguidance Forum’ huwa l-post fejn jiġu diskussi l-prinċipji li għandhom ikunu s-sisien ta’ kwalunkwe servizz li noffru. Dan il-forum iservi wkoll biex jiġu diskussi ‘policies’ imfasslin minn gruppi oħrajn u jingħatalhom ‘feedback’. Skop ewlieni tal-‘Euroguidance Forum’ hu li jippromwovi servizzi ta’ pariri ta’ kwalita’ sew għall-istudenti kif ukoll għall-adulti li jiġu bżonn korsijiet ta’ taħriġ.

Louis Galea qal li s-settur tal-‘Guidance’ hu marbut mas-settur tal-‘Counselling’. Hu qal li fil-qasam tal-‘counselling’ sar ħafna xogħol f’dawn l-aħħar snin. Madankollu l-problemi li qed jaffaċċjaw it-tfal illum huma aktar kumplessi u jridu terapija speċjalizzata biex ngħinuhom imexxu aħjar il-ħajja tagħhom. Il-Ministru qal li huwa fatt li l-ammont ta’ ‘counsellors’ f’dan il-qasam irid jiżdied. Fil-fatt, għadha kif għalqet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-‘counsellors’ fl-iskejjel biex jiżdied in-numru tagħom fl-iskejjel tagħna.

L-ammont ta’ rikjesti għall-‘counselling’ jurina kemm hemm bżonn li dawn is-servizzi jkomplu jissaħħu. Fl-iskejjel hemm 110 Guidance Teacher fl-iskejjel sekondarji u 16-il ‘school counsellor’. Fis-sena skolastika 2002-2003, kien hemm ’l fuq minn 5,700 ‘counselling sessions’ fl-iskejjel statali. Il-maġġoranza assoluta tal-każijiet (kwazi 4,500 counselling session) kellhom x’jaqsmu ma’ problemi personali. Mal-1000 sessjoni kienu ddedikati għal ‘issues’ edukattivi u vokazzjonali. Il-‘Guidance and Counselling Services’ joffri wkoll ‘walk-in service’, fejn f’din l-istess sena skolastika għamlu użu minnu ’l fuq minn 530 klijent. Il-‘Guidance Teachers’ wkoll għamlu numru sostanzjali ta’ interventi. Fil-fatt, fis-sena skolastika 2002-2003, il-‘Guidance Teachers’ fl-iskejjel statali għamlu kwazi 22,000 ‘guidance session’ ma’ l-istudenti tagħna.

Louis Galea qal li filwaqt li japprezza l-ammont ta’ xogħol u ħin li qed jiġi ddedikat lill-istudenti, hemm bżonn li filwaqt li jiżdied is-servizz irridu ntejbu wkoll il-kwalita’. “Jista’ jkun li wasal iż-żmien li nħarsu lejn il-‘guidance’ u il-‘counselling’ bħala żewġ dixxiplini differenti. Importanti li niffukaw fuq iż-żewġ setturi u naraw x’inhuma l-bżonnijiet ta’ kull qasam. Jista’ jkun ukoll li wasal iż-żmien li nagħmlu analiżi flimkien ta’ l-istrutturi eżistenti u noħorġu bi pjan ta’ strategija kif intejbu dawn is-servizzi tant bżonnjuzi.”

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni qal li se jwaqqaf ‘core group’ biex jirrevedi l-‘Career Guidance Policy’ għall-iskejjel Maltin. Hu qal li s’issa saret riċerka fuq ‘policies’ minn pajjiżi oħrajn. Il-grupp ser jiġi mitlub jagħmel analiżi ta’ dawn il-‘policies’ u jipproponi politika adatta u ta’ kwalita’ għall-iskejjel Maltin u Għawdxin. F’dan il-proċess ser issir konsultazzjoni wiesgħa partikolarment ma’ l-għalliema tal-‘guidance’.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow