Left arrow Go Back

L-INVESTIMENT FIL-FAĊILITAJIET SPORTIVI QED JISSARRAF F’AKTAR TURIŻMU SPORTIV

PR284
Date Icon 04/03/2004

“Inkomplu nwettqu fażi ohra fil-proċess ta’ konformita’ maċ-Charter Ewropew għan-Negozji ż-Żgħar billi nipprovdu l-informazzjoni meħtieġa b’mod aktar wiesgħa u effiċjenti. Dan qed nagħmluh billi nagħtu aktar għajnuna teknika lis-self-employed. Il-Gvern, flimkien mas-settur privat, qed joffri opportunitajiet biex in-negozji ż-żgħar dejjem ikunu nfurmati u aġġornati dwar kif jistgħu jtejjbu n-negozju tagħhom.” Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo fil-laqgħa li saret nhar l-Erbgħa 3 ta’ Marzu, f’Ħal Qormi.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kien qed jiltaqa’ ma’ membri tas-self-employed tal-lokalita’. Din il-laqgħa kienet ohra minn sensiela ta’ laqgħat li s-Segretarju Parlamentari qed jagħmel f’numru ta’ lokalitajiet. F’din il-laqgħa kien hemm preżenti wkoll membri tas-CEA (Civil Europe Association), li qed jagħtu tahdidiet informattivi biex in-negozjant dejjem jinżamm aġġornat dwar kif jista’ jtejjeb in-negozju tiegħu.

“Dawn il-laqghat jiffurmaw parti mill-impenn tal-Gvern biex ikompli għaddej id-djalogu ma’ min qiegħed fin-negozju. Jiena dejjem emmint li għandi nżomm konsultazzjoni kontinwa, kemm ma’ min qiegħed fin-negozju, kif ukoll mal-Kunsilli Lokali, u ser nibqa’ ninsisti biex nagħmilha aktar faċli għan-negozjant biex iwettaq l-operat tiegħu, u b’dan inkun qed inkompli nsaħħaħ il-ġlieda kontra l-burokrazija," qal is-Segretarju Parlamentari.

Meta kien qed jitkellem fuq iż-żoni industrijali, is-Segretarju Parlamentari qal li hemm numru kbir ta’ persuni li jaħdmu f’dawn iż-żoni, u allura hemm bżonn li x-xogħol li jrid isir f’dawn iż-żoni, jitlesta mill-aktar fis possibbli. L-Onor. Vassallo semma’ kif fiż-żona ndustrijali ta’ l-Imrieħel waħedha, ġew reġistrati 700 bieb, u għalkemm dan ma jfissirx li hemm 700 negozju, xorta waħda juri n-numru ġmielu ta’ negozji li hemm f’din iż-żona.

"Se tkompli l-ħidma biex l-ambjent tax-xogħol ikun aktar prattiku.” Fuq iż-żoni ndustrijali ta’ l-Imrieħel, il-Ħandaq u l-Mosta, fost l-oħrajn, is-Segretarju Parlamentari qal “Naf li hawn il-problemi fl-infrastruttura taż-żoni ndustrijali ta’ dawn il-lokalitajiet, u naf li ilkom tistennew li jitkompla x-xogħol, u fil-fatt, fil-ġranet li ġejjin se jitkomplew il-proċeduri sabiex jitwettqu l-proġetti nfrastrutturali f’dawn iż-żoni. Ix-xogħol ta’ dan il-Gvern favur is-self-employed jidher ċar, speċjalment meta wieħed jara li bejn l-1998 u l-2002, il-Value Added per capita tas-self-employment żdied b’mod regolari. Fil-fatt kien hemm żieda ta’ 8.6 fil-mija bejn l-1998 u l-2002.” (Ara Tabella 1)

“Dan ifisser li l-qliegħ tas-self-employed kull ma jmur qed jiżdied, u din hi riflessjoni pożittiva fuq in-negozju f’dan il-pajjiż, speċjalment meta wieħed jikkonsidra li s-settur tas-self-employed u n-negozji ż-żgħar huwa l-iżjed settur b’saħħtu fl-ekonomija ta’ pajjiżna,” kompla jgħid l-Onor. Edwin Vassallo.

Waqt il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari tkellem ukoll fuq il-bejjiegħa tat-triq (street hawkers) u semma’ kif il-liġijiet ġew emendati biex dawn ikunu jistgħu jaħdmu aħjar. Illum il-ġurnata l-vantaġġi għall-bejjiegħa tat-triq żdiedu sew. “L-aktar ħaġa mportanti hi l-informazzjoni. Ladarba l-liġijiet ikunu magħrufa, allura l-bejjiegħa jkunu jafu x’għandhom jagħmlu biex ma jiksrux il-liġi. Fil-fatt, qal l-Onor. Vassallo, in-numru ta’ ċitazzjonijiet maħruġa mill-Pulizija kontra dawn it-tip ta’ bejjiegħa naqas drastikament, u dan għaliex il-bejjiegħa huma mgħarrfa aħjar dwar kif ghandhom iwettqu x-xoghol taghhom bla ma jiksru l-ligi.

In-nies li attendew ghal din il-laqgħa kellhom l-opportunita’ li jitkellmu mas-Segretarju Parlamentari, kif ukoll iwasslulu xi lmenti li jiltaqghu maghhom fil-hidma taghhom. Waqt il-preżentazzjoni mis-CEA, in-nies preżenti għal-laqgħa setgħu jifhmu aħjar dwar kif jużaw il-kompjuter, biex iħaddmu n-negozju tagħhom aħjar, kif ukoll ingħataw aktar informazzjoni dwar l-Information Relay Centre. Dan iċ-ċentru joffri s-servizzi tiegħu b’xejn biex negozji jkunu jistgħu isibu metodi nnovattivi biex itejjbu l-operat tagħhom.

Dawn il-laqgħat huma parti minn ħidma kontinwa f’numru ta’ lokalitajiet madwar Malta, fejn self-employed u negozji żgħar ikunu jistgħu jiltaqgħu flimkien fil-lokalita’ tagħhom u jitkellmu dwar affarijiet relatati man-negozju.

TABELLA 1: Value Added per capita from self-employment:

Reference Year

Lm

% Change

1998

7,701

-0.3

1999

7,914

2.8

2000

8,391

6.0

2001

8,728

4.0

2002

9,476

8.6


Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow