DR. FRANCIS AGIUS DELIVERS SPEECH AT THE EPSCO COUNCIL DEBATE IN BRUSSELS
L-investiment li sar u li qed isir biex jittejbu l-faċilitajiet sportivi qiegħed iħalli ir-riżultat mixtieq, partikolarment fil-qasam tat-turiżmu sportiv.
Meta kien qed jindirizza konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha tnediet ir-raba’ edizzjoni tal-European Winter Throwing Challenge, il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett qal li avvenimenti ta’ livell għoli bħal dawn jixhdu kemm il-Gvern kien għaqli li tejjeb il-faċilitajiet sportivi tal-Kunsill Malti għall-Isport biex isiru konformi ma’ standards internazzjonali.
Ir-raba’ edizzjoni tal-European Winter Throwing Challenge organizzata mill-European Athletics Association ser tittella’ fil-Matthew Micallef St. John Athletics Stadium tal-Marsa bejn it-13 u l-14 ta’ Marzu. Għal dan l-avveniment mistennija jiġu Malta mal-180 atleta tax-shot put, javelin, discus u hammer minn 32 pajjiż Ewropew. Jakkumpanjawhom ser ikun hemm madwar 90 uffiċċjal.
Il-Ministru Mugliett żied jgħid li minbarra li tqajjem interess f’dawn l-erba’ dixxiplini sportivi mhux daqs tant magħrufin, il-European Winter Throwing Challenge hija wkoll okkażjoni unika għall-atleti Maltin biex jikkompetu f’darhom stess kontra atleti barranin.
“Iżda fuq kollox, okkażjonijiet bħal dawn juru li Marlene Ottey ma ġietx għat-training camp tagħha hawn Malta b’kumbinazzjoni. Issa għandna wkoll lill-European Athletics Association li qed tagħraf il-kwalitajiet ta’ Malta f’dan il-qasam. Dan ifisser li pajjiżna tassew qed jikseb fama ta’ post idejali fejn jiġu organizzati attivitajiet sportivi ta’ kalibru għoli.
“Malta m’għandhiex biss it-temp tajjeb, faċilitajiet sportivi mill-aqwa, li jagħmluha destinazzjoni ideali għat-turiżmu sportiv, iżda wkoll assoċjazzjonijiet sportivi b’kapaċitajiet organizzattivi eċċellenti, lukandi ta’ livell għoli u varjetà kbira ta’ postijiet ta’ divertiment,” qal il-Ministru Mugliett.
Il-European Winter Throwing Challenge huwa wieħed mill-kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali li qed jirċievi għajnuna mingħand il-Kunsill Malti għall-Isport din is-sena. Din l-għajnuna tingħata sabiex jinbena ambjent xieraq għat-turiżmu sportiv f’Malta. Għal dan il-għan il-KMS ser jalloka madwar Lm30,000 f’għajnuna ghal kompetizzjonijiet li għandhom relevanza mill-aspett ta’ turiżmu sportiv.
Il-Ministru żied jgħid li bi tħejjija għal dan l-avveniment, il-Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura alloka wieħed mill-ex-ħaddiema tat-tarzna li hemm allokati mal-Ministeru, biex jieħu ħsieb it-turf, wara li ngħata t-taħriġ neċessarju. Inxtrat ukoll gaġġa għad-discus u l-hammer ġdida, li tilħaq l-istandards ta’ IAAF.
“Meta jittellgħu avvenimenti sportivi internazzjonali fuq skala tant kbira jkun qed jiġi ġustifikat mhux biss l-investiment li sar fil-faċilitajiet sportivi ta’ pajjiżna u l-‘marketing’ tagħhom barra minn Malta, iżda jiġi ġustifikat aktar investiment simili fil-futur,” żied jgħid il-Ministru Mugliett.
Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura temm billi awgura kull suċċess lill-organizzaturi u lill-parteċipanti fil-European Winter Throwing Challenge.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en