Left arrow Mur Lura

CLEANLINESS IN VALLETTA

PR262
Date Icon 01/03/2004

Malta reġgħet ġiet ikkonfermata bħala wieħed mill-iktar pajjiżi avvanzati fl-Ewropa f’dak li jirrigwarda t-Teknoloġija ta’ l-Informazjoni. Dan ħabbru l-Ministru ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u Investimenti, l-Onor. Austin Gatt, waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret in konessjoni mal-‘eEurope+ 2003 Progress Report’ pubblikat mill-Unjoni Ewropea fi tmiem il-ġimgħa.

Fil-fatt, bejn nhar l-Erbgħa u nhar il-Ġimgħa, il-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment Austin Gatt, ħa sehem fil-konferenza Ministerjali Ewropea li laqqgħet flimkien il-Ministri għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea, tal-pajjiżi li se jseħbuha f’Mejju li ġej u tal-pajjiżi kandidati (Rumanija, Bulgarija, Turkija).

Din il-Konferenza rat it-tmiem ta’ proċess ‘eEurope +’ li kien oriġina f’Lisbona fis-sena 2000. Dak in-nhar kien ġie deċiż li l-Ewropa ssir l-aktar soċjetà ta’ l-informazzjoni kompetittiva sa l-2010. Għal dan il-għan l-Unjoni Ewropea nidiet l-inizjattiva ‘eEurope’, inizjattiva biex l-Unjoni Ewropea tifforma benchmarks u miri perjodiċi, biex tara x’progress qed jintlaħaq minn żmien għal żmien fid-direzzjoni tal-mira l-kbira għal 2010.

‘eEurope+’ kienet l-inizjattiva biex l-Unjoni Ewropea tifforma benchmarks għall-pajjiżi kandidati għal sħubija ta’ l-Unjoni Ewropea biex jitnaqqas id-distakk bejn l-10 pajjizi membri ġodda u l-15-il pajjiz membru attwali. F’Budapest fi tmiem din il-ġimgħa, intemm il-programm ‘eEurope+’. Minn Mejju li ġej, 25 pajjiż jieħdu sehem fil-programm ‘eEurope’ biex jimplimentaw flimkien il-viżjoni ta’ Lisbona.

F’Budapest 2004, gie ppubblikat l-aħħar rapport ta’ l-‘eEurope+’, l-aqwa indikatur ta’ fejn qiegħed pajjiżna fl-iżvilupp tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni.

Dawn il-fatti jagħmluna ‘leaders’ fost il-membri l-ġodda ta’ l-Unjoni Ewropea u kalamita attraenti ta’ l-investiment. L-indikaturi ta’ l-ispiża tal-kompjuter u l-‘affordibility’ tiegħu f’Malta juru biċ-ċar li l-kompjuter m’għadux lussu, iżda apparat normali u m’hux għoli fid-dar. Dan ir-rapport jindika wkoll li m’hux biss nitqabblu tajjeb mal-pajjiżi Ewropej, iżda f’ħafna affarijiet meqjusin bħala ‘leaders’ indiskussi tal-membri l-ġodda. Barra minn hekk, ħafna inizjattivi tagħna (myWeb, eGovernment, Politika kontra l-iSpam; Schoolnet) huma meqjusa ‘best practice models’ għall-Ewropa kollha.

Intant il-Ministru Gatt semmgħa kif f’Budapest, il-preżenza Maltija gawdiet minn rispett u ammirazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u ħafna pajjiżi Ewropej li qed jirrikonoxxu l-inizjattivi tagħna bħala mudelli siewja ta’ kif tikseb ir-riżultati.

Dan kollu importanti għax jilħaq il-widnejn ta’ min jiddeċiedi fejn il-kumpanija multi-nazzjonali tiegħu se tinvesti. Malta hi tassew riklamata bħala attrazzjoni aqwa minn kull membru ġdid ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea għall-investiment fis-settur tat-teknoloġija.

Finalment il-viżjoni tagħna hi identika għal dik ta’ Lisbona: Sa l-2010, Malta ghanda ssir l-aħjar pajjiż fl-akbar reġjun b’soċjetà ta’ l-informazzjoni kompetittiva.

Il-Ministru Austin Gatt qal li wasalna s’hawn mhux biss għax kellna viżjoni, iżda għax fil-livell politiku, it-teknoloġija ngħatat importanza u prijorità għolja ħafna. Fil-waqt li fis-sena 2000, ingħatat responsabbiltà Ministerjali li tippromwovi dan is-settur, fis-sena 2003, inħoloq Ministeru apposta għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni. L-importanza li qed jagħti l-Gvern lil dan is-settur hi imbagħad segwita minn team li kapaċi jittraduċi l-viżjoni fi programm t’azzjoni.

Mhux biss iżda urejna wkoll li l-kapaċità li nisimgħu u nikkonsultaw kostantament mas-setturi kollha tal-popolazzjoni Maltija: dawk direttament interessati (industrija tal-kompjuters, istituzzjonijiet edukattivi, eċċ), u dawk kollha interessati għax huma l-istess persuni li jenħtieġ jużaw it-teknoloġija (studenti, nisa, persuni b’diżabilità, unions, min iħaddem, eċċ).

Sadanittant, il-Ministru Austin Gatt ħabbar li wara perjodu wiesgħa ta’ konsultazzjoni, sar l-abbozz ta’ l-istrateġija, li ser jiġi preżentat għal diskussjoni fil-Kabinett biex il-Gvern jiddeċiedi (u wara jippubblika) ir-rotta li se tieħu Malta lejn il-mira ta’ Lisbona għall-2010.

L-istrateġija taħseb biex jkun hemm it-titjib li hemm bżonn isir fl-infrastuttura, it-tkabbir fit-taħriġ u l-edukazzjoni, intensifikar ta’ l-isforzi biex tingħeleb għal kollox il-firda diġitali, kif ukoll sforz biex Malta tattira investiment minn barra biex jinħoloq ix-xogħol f’pajjizna. Il-Gvern jemmen li l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija trid issir kif saret it-tħejjija tagħha, bl-involviment komplet tas-setturi kollha. Il-membri tal-Kunsill Konsultattiv Nazzjonali dwar is-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni se jinqasmu f’sotto-kumitati ta’ implimentazzjoni.

Il-Ministru Gatt temm id-diskors tiegħu billi esprima s-sodisfazzjon tiegħu li għal darb’oħra, l-Malti wera li fejn irridu, aħna l-Maltin, tassew kapaċi nagħtu prova ta’ x’insarrfu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow