Left arrow Mur Lura

SEMINAR GHAL UFFICJALI GHOLJA FIL-MINISTERU GHAR-RIZORSI U INFRASTRUTTURA

PR257
Date Icon 01/03/2004

Il-gimgha li ghaddiet sar Seminar bit-tema Strategiji ghat-Tmexxija u li ghalih attendew  ufficjali gholja u impjegati professjonali  fit-Taqsima tax-Xoghlijiet u entitajiet ohra li jaqghu taht  id-dekasteru tal-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura.  Ghal dan is-seminar attendew ‘il fuq minn mitt partecipant fosthom Diretturi u Assistenti Diretturi tad-diversi Dipartimenti, periti, inginiera, managers u ufficjali teknici gholja.    

L-ghan ta’ dan is-Seminar kien biex dawn l-ufficjali gholja, li ghandhom responsabbilta’ ghat-tmexxija ta’ mijiet ta’ mpjegati fi hdan il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, jaggornaw ruhhom ma’ metodi ta’ tmexxija differenti u ahjar minn dak li kienu mdorrijin bih sa llum. Id-diskussjoni fis-Seminar iffokat fuq l-iskop ewlieni li l-ufficjali ghandom ifittxu li jiehdu l-ahjar min-nies li jaqghu tahtom u dan fi zmien meta l-Ministeru qed jaghmel enfazi kbira fuq l-importanza li jsir uzu dejjem aktar mill-haddiema tal-Gvern fuq xoghlijiet pubblici bl-aktar mod efficcjenti u bl-inqas spiza teknikament possibbli. 

Is-Seminar gie ndirizzat minn diversi kelliema, fosthom il-Perit Ray Farrugia, id-Direttur Generali tat-Taqsima tax-Xoghlijiet, li enfasizza r-responsabbiltajiet li ghandhom dawn l-ufficjali fit-twettiq ta’ progetti pubblici, mis-Sur Joe R. Grima, Segretarju Permanenti Ewlieni fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, li tkellem dwar il-programm ta’ bidla li qed isehh fis-Servizz Pubbliku, minn Ms. Joanna Genovese, Direttur, Staff Development Organisation fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, li spjegat kif wiehed ghandu jitratta lill-haddiema biex jiehu l-ahjar minnhom,  mill-Perit Dr. Joseph Spiteri, mill-Fakulta` tal-Arkitettura tal-Universita’ ta’ Malta,  li tkellem dwar Project Management, minn Fr. Alfred Darmanin li tratta l-aspetti differenti ta’ tmexxija u minn Dr. Edward Warrington mid-Dipartiment tal-Public Policyfl-Universita’ ta’ Malta u mis-Sur Paul Mifsud, Segretarju Permanenti ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, li spjega r-riformi u r-riorganizazzjoni li ghaddej minnha l-istess Ministeru. 

Is-Seminar inghalaq b’diskors mill-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor.  Ninu Zammit.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow