FTEHIM BEJN IL-MANAGEMENT TA’ L-ISPTAR MONTE CARMELI U L-UNIONS
Waqt laqgħa bejn il-Management ta' l-iSptar Monte Carmeli u t-tliet unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema, ntlaħaq ftehim fuq kwistjonijiet pendenti li dan l-aħħar ittieħdu azzjonijiet industrijali dwarhom.
Waqt il-laqgħa, il-partijiet qablu dwar il-mod kif għandu jintlaħaq in-numru ta' infermiera u nursing aides fis-swali, kif kien ġie miftiehem fl-2001. Fil-ftehim, id-Diviżjoni tas-Saħħa, li kienet rappreżentata mis-Sur Jesmond Sharples, Direttur tan-Nurses, qablet li talloka fl-iSptar Monte Carmeli għaxar infermiera u numru ta' nursing aides fi żmien qasir.
Waqt il-laqgħa ġie miftiehem ukoll, li titwaqqaf Task Force magħmula minn rappreżentanti tal-unionsu l-management ta' l-isptar, biex tagħmel rakkomandazzjonijiet għar-revizjoni ta’ l-eżercizzju tad-deployment skond il-ħtiġijiet tal-lum liema ftehim kien sar fl-2001.
Bħala Chairman tat-Task Force ġie appuntat is-Sur Louis Bonnici, li fil-preżent huwa c-Chairmantal-Board tad-Diretturi ta' l-istess sptar.
Dan jawgura tajjeb għal aktar koperazzjoni bejn il-management ta’ l-isptar u l-unions.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en