IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO IZUR NEGOZJI FIL-LOKALITA’ TA’ SAN GWANN
"In-numru ta’ self-employed li mpjegaw ħaddiema magħhom f’Settembru tas-sena 2003 żdied b’1,080 meta mqabbel ma’ l-istess kategorija f’Settembru tas-sena 2002. Filwaqt li fuq l-istess perjodu taż-żmien, in-numru ta’ self-employed li ma mpjegaw lil ħadd magħhom żdied b’151”. Din l-informazjoni inghatat mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo meta flimkien mas-Sindku ta’ San Gwann, is-Sur Kurt Guillaumier, kien qed iżur numru ta’ ħwienet fit-triq prinċipali ta’ din il-lokalita’. F’din it-triq qed isir ukoll xogħol fuq bankina ġdida mill-istess Kunsill Lokali.
"Huwa ta’ sodisfazzjon għalija li nara Kunsill Lokali bħal ta’ San Ġwann li qed jieħu l-inizjattiva li jtejjeb l-infrastruttura ta’ din il-lokalita’, bil-kostruzzjoni mill-ġdid ta’ bankina fi triq li fiha numru kbir ta’ negozji. Din il-bankina trid taqdi kemm lill-ħwienet kif ukoll lill-konsumaturi li jinqdew mingħand dawn in-negozji. Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġawnn dejjem kien pro-attiv u fehem l-importanza tas-settur kummerċjali fil-lokalita’. Dan il-Kunsill Lokali ħaqqu prosit għal din il-ħidma u nawgura li jkollna iżjed Kunsilli li jgħarrfu jaħdmu aħjar mas-settur kummerċjali tagħhom."
L-Onor. Vassallo ħa l-okkażjoni li jagħti statistika rigward iz-zieda fil-kontribut li s-self-employed u s-sidien tan-negozji żgħar qed jagħtu lejn l-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna.
"Jekk inqabblu l-istatistika ta’ Settembru f’dawn l-aħħar tlett snin, insibu li dejjem kellna żieda fin-numru ta’ self-employed:
Settembru 2001 | Settembru 2002 | Settembru 2003 | |
Self-employed bl-imjegati | 13,046 | 14,278 | 14,429 |
Mingħajr imjegati | 6,988 | 5,791 | 6,871 |
Total | 20,034 | 20,069 | 21,300 |
Dan ifisser li mill-aħħar ta’ Settembru 2003 sa l-aħħar ta’ Settembru 2002 kien hemm żieda ta’ 1,231 self-employed."
Meta wieħed iħares lejn l-istatistika li turi self-employed kif inhuma mqassma fis-setturi u jħares lejn l-aħħar statistika miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, jkun jista’ jara’:
- żieda żgħira fin-numru ta’ self-employed fl-agrikoltura,
- tnaqqis fis-settur tal-kostruzzjoni u manifattura, u
- żieda fil-qasam tas-servizzi.
Hekk ukoll meta wieħed jara l-istatistika li turi l-persentaġġ u l-ammont ta’ self-employed kif imqassma fuq setturi differenti ta’ xogħol jista’ jara kif l-għola persentaġġ ta’ self-employed huwa fis-settur ta’ retail, wholesale, catering u trasport. Fil-fatt dawn il-kategoriji jagħmlu 47% mit-total tas-self-employed jiġifieri ammont ta’ 10,101.
Din l-informazzjoni tixhed li s-self-employed f’dawn is-setturi, speċjalment fil-qasam tal-bejgħ, qed jikber u qed ikabbar il-kontribut tiegħu lejn l-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna. “Għalhekk jiena rrid inħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali u entitajiet li għandhom id-dmir li joffru servizz li min qiegħed fin-negozju biex jaraw f’dawn is-servizzi, mezz li bih nistgħu ngħinu lil dawn il-persuni li qed jinvestu fil-ħin tagħhom, biex ikollhom l-aħjar kundizzjonijiet ta’ xogħol, għaliex meta jaħdem tajjeb, is-self-employed ikun kapaċi jimpjega lil ħaddieħor miegħu.
Id-Diviżjoni għall-Kummerċ qed taghmel studju bl-għajnuna wkoll tal-MEPA, biex ikollna benchmarks, jiġifieri kejl fejn ser inkunu nistgħu nikkomparaw lokalita’ ma’ oħra, għal dak li huwa kwalita’ fis-servizzi offruti lill-konsumatur. Dan ser isir għaliex iżjed ma nifhmu li meta nkunu qed ngħinu lis-self-employed itejjeb il-kwalita’ u l-kundizzjoni tax-xogħol tiegħu, direttament ukoll inkunu qegħdin intejbu l-kundizzjonijiet li fihom qed jinqeda l-konsumatur." The Ministry of Foreign Affairs wishes to advise all Maltese citizens against all travel to Haiti.Those Maltese nationals who are currently in Haiti are strongly advised to leave the country immediately, if they can do so safely.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en