Left arrow Go Back

JITFAKKAR IL-JUM NAZZJONALI TAS-SIGAR F’PEMBROKE

PR25
Date Icon 13/01/2004

Dalghodu f'pajjizna beda jitfakkar il-Jum Nazzjonali tas-Sigar, li jahbat nhar il-Gimgha 16 ta' Jannar 2004, billi saret cerimonja ta’ tahwil ta' sigar taz-zebbug f'Pembroke. It-30 sigra mdaqqsa taz-zebbug, ghotja mis-socjeta' tas-sigar International Tree Foundation (Malta), thawwlu f’bicca art pubblika biswit id-djar fi Triq Burma, kantuniera ma’ Triq il-Fortizza.  Klassi ta' studenti mis-sitt skejjel li hemm f'Pembroke hadu sehem mhux biss fit-tahwil izda ukoll f'qari ta' poeziji favur is-sigar.  

Il-Ministru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino flimkien mal-Kunsill Lokali u membri tas-socjeta’, ghenu lit-tfal ihawwlu s-sigar.  

F’diskors qasir li ghamel ghall-okkazjoni, il-Ministru Pullicino qal li t-tahwil ta’ sigar taz-zebbug joffri diversi vantaggi, inkluz il-vantagg tas-sbuhija mediterranja li z-zebbuga toffri, u li fi ftit snin ohra tkun tista’ titgawda min kulhadd.   

Il-Ministru heggeg lill-istudenti prezenti biex jaqsmu din l-esperjenza taghhom ta’ tahwil tas-sigar ma’ shabhom ta’l-iskola u minn zmien ghal zmien jaghtuhom titwila. Meta jghaddi z-zmien u wiehed jerga’ jmur fejn xi sigra li jkun hawwel snin ilu, ihossu sodisfatt li mhux biss ghamel xi haga ta’ siewi ghalih biss, izda wkoll ghal dawk ta’ madwaru u dawk li ghad iridu jigu, peress li z-zebbug jghix ghal mijiet ta’ snin. 

Il-Ministru fakkar fl-impenn tal-Gvern li ghazel numru ta’ siti madwar Malta u Ghawdex biex fihom isiru progetti ta’ afforestazzjoni.  Hames siti ntghazlu biex ix-xoghol fihom isir matul is-sentejn li gejjin. Fl-ahharnett il-Ministru irringrazzja lis-socjeta’ li baqghet tfakkar dan il-jum billi kull sena torganizza attivita' bhal din f'diversi lokalitajiet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow