Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI WAQT IL-FTUH UFFICJALI TA’ KWARTIERI GODDA GHALL-AGENZIJA APPOGG - G’MANGIA – 27 TA’ FRAR 2004

PR249
Date Icon 27/02/2004

Ninsabu lejliet avvenimenti u tibdiliet kbar. Ftit gimghat ohra u Malta ssir parti mill-Unjoni Ewropea.  Dan huwa zvilupp kbir li jfisser hafna affarijiet.  Ifisser  fost l-ohrajn tigdid ekonomiku u opportunitajiet godda li joffri suq kbir. Waqt li bir–ragun kollu niccelebraw u nifirhu b’dan, huwa ghaqli hafna, anzi huwa dmirna, li harsitna tkun ukoll fuq dawk li minhabba mard, dizabilita’ jew problemi ohra socjali, jkunu f’riskju li jaqtaw lura u ghalhekk jistghu jigu eskluzi milli jippartecipaw b’mod shih fil-hajja socjali ta’ pajjizna bhala membri shah tal-komunitajiet taghna.  

Dan irridu naghmluh ukoll fil-kuntest tas-shubija taghna fl-Unjoni Ewropeja.  Fil-fatt fi ftit jiem ohra, pajjizna bhal bqija tal-pajjizi ta’ din l-Unjoni, ser jibda jhejji Pjan Nazzjonali ghall-Inkluzjoni Socjali.  Dan il-pjan irid jiggwidana sabiex nilhqu l-erba’ miri tal-Unjoni Ewropeja li jirrigwardaw l-inkluzjoni socjali ghall-pajjizna.  Dawn il-miri huma: 

1.   Titjib fl-access ghax-xoghol u ghad-drittijiet u servizzi (sahha, edukazzjoni, harsien socjali, housing, ecc)

2.   Prevenzjoni mir-riskji ta’ eskluzjoni socjali

3.   Assistenza lill-dawk li huma l-aktar vulnerabbli

4.   Xprunar tas-socjeta’ kollha (imsiehba socjali u socjeta civili) fil-hidma kontra l-eskluzjoni socjali. 

Dak li qed naghmlu llum jinkwadra ruhhu f’dan kollu ghaliex illum qed niccelebraw zvilupp iehor importanti fl-impenn taghna li hadd f’pajjizna ma jibqa’ lura.  

Sa mill-bidu tad-disghinijiet, il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista introduca l-hsieb li jittrasforma dak li nafuh bhala Welfare State f’kuncett gdid imsejjah socjeta ta’ wens (welfare society) Kien kuncett li ntroduca l-kollega tieghi l-Ministru Louis Galea bil-hsieb li jaghmel qabza ta’ kwalita kbira.  Dan ghaliex il-Gvern li jiena nifforma parti minnu jemmen li l-faqar ma’ tindirizzahx biss bil-beneficcji finanzjarji izda b’politika ghaqlija u servizzi ohra ta’ appogg socjali.  Dan l-izvilupp kien immarkat bi tliet bidliet fundamentali: 

1.   Politika socjali bbazata fuq id-drittijiet tal-persuna.  Dan ifisser li l-politika socjali ma tibqax biss politika bazata fuq ic-cekk tar-relief izda b’mod konxju tappoggja u ssostni kull sforz biex id-drittijiet tal-persuna jissahhu u tiseddaq id-dinjita’ tieghu. Hekk nista nsemmi l-politika dwar l-anzjani, dik dwar il-persuni b’dizabilita, l-ugwaljanza bejn l-irgiel u n-nisa u l-politika dwar it-tfal. 

2.    Il-politika socjali titqieghed fic-centru tal-hidma tal-Gvern.  Gharafna li fil-politika socjali qed nitkellmu dwar il-qalba ta’ dak li jaghmilna bnedmin.  Barra minn hekk urejna li zvilupp ekonomiku u zvilupp socjali mhumiex kontra xulxin anzi bilfors jikkumplimentaw lil xulxin. Ghalhekk zgurajna li l-politika socjali tkun integrata fil-politika kollha tal-Gvern.  Bhal ezempji ta’ l-integrazzjoni tal-politika socjali flimkien mal-bqija tal-politika insemmi

-     l-MCESD li johrog mit-twemmin baziku taghna li ekonomija b’sahhitha u socjeta b’sahhitha jimxu flimkien.

-     Il-Kumitat Socjali tal-Affarijiet tal-Kamra tad-Deputati fejn ridna li dan il-qasam ikun jista’ jigi diskuss b’mod inqas confrontational (id-deputati ma jkunux faccata ta’ xulxin izda madwar mejda) u fid-diskussjoni jigu mdahhla wkoll persuni li mhumiex deputati.

-     Il-kuncett ta’ social impact assessment qabel mizuri fundamentali,

-     Il-gbir ta’ statistika dwar il-qaghda socjali.

3.    It-tishih tar-rwol tas-socjeta’ civili.  Fhimna li l-Gvern ma jistax jaghmel kollox hu u lanqas huwa ghaqli li jaghmel kollox hu.  Ghalhekk isieheb mieghu is-socjeta civili u l-ghaqdiet volontarji fil-hidma tieghu.  Allura il-Gvern beda jidhol fi shubija ma’ numru ta’ ghaqdiet sabiex jinghataw numru ta’ servizzi, eg Dar il-Kaptan, Fondazzjoni Arka, Dar Qalb ta’ Gesu’ u Dar Merhba Bik, Caritas, Fondazzjoni Richmond u numru iehor ta’ ghaqdiet volontarji. 

L-Agenzija APPOGG hija wahda mill-izviluppi kbar f’dan il-perjodu.  Kieku wiehed kellu jhares lura lejn l-istorja ta’ l-APPOGG (li qabel kienet maghrufa bhala  l-SWDP), wiehed ikollu hafna xi jghid minkejja li din l-istorja lanqas ghandha 10 snin. Fil-fatt l-agenzija taghlaq ghaxar snin is-sajf li gej. Izda nghid biss li l-progress f’termini ta’ investiment, firxa ta’ servizzi, in-nisga ta’ bejnithom u l-livell professjonali tal-haddiema fis-settur hu mpressjonanti. Pajjizna riesaq biex ikollu servizzi ta’ appogg socjali li jitqabbel tajjeb hafna ma’ pajjizi avvanzati. Din l-agenzija wkoll qed tkun strumentali biex naghrfu realtijiet li jkunu maghna bla ma nindunaw.  

Dan qed isir mhux biss ghaliex qed ninvestu aktar imma ghaliex qed nevalwaw dak li qed nghamlu u qed ikollna l-kuragg u l-kompetenza biex naggornaw u nirristrutturaw. Fis-sena 2000 bdiet ri-strutturazzjoni li permezz taghha l-SWDP saret APPOGG, irduppjajna l-budget u tellajnih ghal Lm850,000, is-social workers zdiedu minn 34 ghal 85, inholqu servizzi godda bhal fostering team, it-team tas-social workers li jsegwu t-tfal li mhux qed jghixu mal-familja naturali, u nbeda servizz ghan-nisa tqal li huma f’xi diffikulta, fost ohrajn.  Mhux sa noqghod naghmel lista ta’ dawn is-servizzi izda rrid nghid, li ghalkemm il-bzonnijiet jibqghu maghna, il-firxa ta’ servizzi saret estensiva u f’certu aspetti anki progressiva aktar minn pajjizi avvanzati.  

L-ACCESS bhala centru wiehed ta’ servizzi socjali fil-Kottonera, hu l-mudell ta’ kif il-Kunsill ta’ l-Ewropa jixtieq jara access ahjar ghal servizzi socjali fil-pajjizi membri. L-mod ta’ kif l-APPOGG nisget servizz ma’ iehor specjalment fil-qasam tat-tfal imma anki ma’ servizzi ohra bhat-terapija tal-familja huwa mudell li rari ssibu f’pajjizi ohra. L-APPOGG hu ezempju tajjeb ta’ ri-strutturazzjoni li ssir bi pjan u hidma kostanti. Illum din l-agenzija thaddan firxa ta’ servizzi li huma hafna aktar accessibli u sostenibbli. L-importanza fuq l-aqwa valur ghal flus li qed jintefqu hija politika ghaqlija hafna u l-APPOGG uritna kif is-settur pubbliku jista’ jkun innovattiv fil-mod kif ihaddem ir-rizorsi pubblici.  

Il-process ta’ ri-strutturazzjoni ghaddej ukoll fid-Dipartiment ghall-Harsien tal-Familja, fejn dan qed jinbidel minn wiehed li kien jaghti servizzi, ghal wiehed li jirregola l-kwalita tas-servizz. Dan nehtiguh biex il-kwalita’ tas-servizzi fis-settur, kemm dawk moghtija mill-Gvern kif ukoll dawk moghtija minn haddiehor, tkun accertata. Huwa necessarju li kontinwament naggornaw ruhna u nfittxu li nirrispondu ghat-tibdil li l-hin kollu jkun qed isir fis-socjeta’ Maltija.  

Dan ighodd ukoll ghall-qasam tal-beneficcji socjali.  Ghalhekk b’responsabilta’ rridu nkomplu naghmlu hilitna biex naqtghu l-abbuzi.  Ghalhekk ukoll irridu nahdmu sabiex il-beneficcji socjali u l-pensjonijiet ikunu adegwati u sostenibbli ghall-generazzjonijiet li gejjin. 

Skond studju li sar recentement, l-istatistika turi li 20.6% tat-tfal Maltin huma f’riskju ta’ faqar. Meta wiehed iqis ukoll li 55% ta’ single parents specjalment dawk li ghandhom tfal dipendenti fuqhom qeghdin ukoll f’riskju ta’ faqar, allura wiehed mill-ewwel jinduna liema huma l-gruppi ta’ priorita’. Dan ifisser li rridu nzidu s-social workers f’dan il-qasam u anki nfittxu kollaborazzjoni aktar mill-qrib ma’ NGOs u mal-knisja sabiex ir-rizorsi li ghandna nhaddmuhom bl-aqwa mod possibbli biex nassiguraw l-aqwa servizz ghat-tfal u min jiehu hsiebhom.  

La qeghdin nitkellmu fuq priorita’ nista’ mill-ewwel nghid li l-prioritajiet tal-Gvern ghall-agenzija Appogg huma primarjament tlieta: 

1          sistema li tassigura li t-tfal li qeghdin f’riskju minhabba problemi socjali jew medici, jkollhom il-harsien kollu mehtieg u jinghataw opportunitajiet indaqs ma’ tfal ohra f’pajjizna,

2          li l-appogg socjali jhaffef il-mixja lejn il-komunita’ fejn jinghata aktar appogg generiku u preventiv.  Hawnhekk ix-xoghol irid jinhadem f’rabta intima mal-Kunsilli lokali, l-ghaqdiet fil-komunita’, u s-servizzi ta’ sahha primarja inkluz is-servizzi li jaghtu t-tobba tal-familja,

3          li jinferxu mal-pajjiz centri ghal familja li jinkludu numru ta’ servizzi, ghal harsien tat-tfal matul il-jum. 

Din hi d-direzzjoni li qed jaghti l-Gvern u f’dan l-izvilupp hemm spazju ghal dawk kollha li jimxu f’din id-direzzjoni. Qed naraw rwol importanti mill-kunsilli lokali f’dan l-izvilupp ghaliex konna u ghadna nemmnu li l-kunsilli lokali jafu tajjeb il-bzonnijiet lokali u bi shubija ma’ organizzazzjonijiet tal-Gvern u anki NGOs, jistghu isahhu hafna x-xibka ta’ harsien ghan nies fil-komunita’. 

Dan l-izvilupp istituzzjonali kien kumplimentat minn zvilupp legislattiv estensiv. Bhalissa qed inhejju biex: 

1    ikollna legislazzjoni li tirrikonoxxi l-istrutturi godda tal-Welfare f’pajjizna specjalment is-servizzi ghat-tfal, fosthom servizzi ta’ foster care.

2    ikollna legislazzjoni li tirrikonoxxi l-ghaqdiet mhux governattivi minhabba l-importanza li dawn ghandhom fl-ghoti ta’ servizzi.

3    ikollna l-att dwar il-vjolenza domestika. 

Izda nafu li l-ligi wahedha mhix bizzejjed. Huwa mehtieg li affarijiet ohra jkunu qed jissahhu fl-istess hin.   Insemmi l-izvilup fil-hiliet tal-haddiema fis-settur. Il-fatt li fl-2003 l-APPOGG ipprovdiet 50 kors lil-istaff jitkellem wahdu. L-aggornament fil-kompetenzi hi priorita’ u nittamaw li nibqghu naraw dan l-izvilupp. F’Dicembru gie ffirmat, ghall-ewwel darba l-ftehim kollettiv ghal-haddiema kollha ta’ l-APPOGG. Saret ukoll il-ligi dwar il-professjoni tas-Social Work li gabet fis-sehh rikonoxximent ghal status professjonali ta’ dawn il-haddiema u kundizzjonijiet godda u sostanzjalment ahjar milli kellhom qabel. Il-ligi dwar il-professjoni tal-Psikologija wkoll tinsab lesta biex tkun ippublikata. 

Punt kardinali iehor huwa l-kollaborazzjoni bejn min qed jahdem fil-qasam socjali.  Naf li ghadu kif gie finalizzat protocol bejn l-APPOGG u l-ufficcju tad-djar tat-tfal tal-knisja. Protocol dwar proceduri biex jirregolaw il-hrug ta’ tfal ghand familji li mhumiex foster carers. Dan hu ezempju tajjeb hafna li rridu naraw izjed bhalu. 

Fl-ahhar nemmen bil-qawwa kollha, li l-isfida ewlenija hi, l-integrazzjoni tas-servizzi u l-accessibilita’ ghalihom mill-publiku. F’dan ir-rigward il-Fondazzjoni ghal Servizzi Socjali li bhal issa tahtha jaqghu l-APPOGG, l-agenzija Sedqa u l-agenzija Sapport, ser ikollha Kap Ezekuttiv wiehed biex fil-waqt li kull agenzija tibqa’ bil-karattru taghha u tibqa’ tipprovdi s-servizzi fil-qasam partikolari taghha, jkun hemm livell akbar ta’ interazzjoni u zieda fil-kwalita’ tas-servizzi provduti. Ahna rridu li servizzi jduru madwar in-nies mhux in-nies iduru mas-servizzi. 

Din il-Fondazzjoni, bhala l-organizzazzjoni publika ewlenija fl-oghti ta’ servizzi socjali personalizzati, ser tinghata wkoll ir-responsabbilta ghal zewg oqsma ta’ importanza kbira:

- l-izvilupp u l-kordinament ta’ servizzi biex jintegraw fis-socjeta Maltija lir-refugjati ghal perjodu li dawn ikunu maghna

- il-kordinament ta’ l-istrategija nazzjonali favur kull min hu f’riskju ta’ faqar jew eskluzjoni, skond il-Pjan Nazzjonali li qed ikun zviluppat flimkien ma’ l-Unjoni Ewropea. 

F’kelma wahda qed nghidu li rridu nkunu iffokati fuq min verament hu fil-bzonn, effettivi ghax nipprovdu dak li min hu fil-bzonn jehtieg, u efficjenti biex dak li nipprovdu, jkun ta’ kwalita’ bl-inqas spejjez. Dan jitlob impenn, jitlob kompetenza u integrita’ professjonali, jitlob pacenzja, u jitlob ukoll akkontabilita’. Bejnietna ghandna l-ingredjenti kollha, biex b’hidma flimkien nilhqu l-ghanijiet kollha taghna. 

Kelma ta’ l-ahhar … Inhossni kburi bl-Agenzija Appogg ghax hija prova ta’ kif is-settur pubbliku jista’ kontinwament jirristruttura ruhu biex tassew jirrispondi ghall-bzonnijiet ta’ min jigi bzonn is-servizzi taghha.  Dak li ghamilna fl-Agenzija Appogg huwa ezempju ta’ kif kull Dipartiment, agenzija, awtorita u organizzazzjoni pubblika tista’ tahdem biex il-burokrazija publika tkun tassew ghas-servizz tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha

Il-bini li qieghed jigi inawgurat illum, huwa simbolu tal-progress li rnexxielna nnwettqu f’dawn l-ahhar snin fil-qasam tas-servizzi ghal min qieghed f’riskju li jibqa lura. Imma huwa wkoll dikjarazzjoni ta’ impenn mill-Gvern u mill-agenzija biex inkomplu nahdmu bla heda biex tassew ikollna socjeta li tinkludi lil kullhadd. 

Huwa unur ghalija li issa nistieden lil-Onorevoli Prim Ministru biex jinawgura ufficjalment dawn l-ufficini l-godda.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow