RAPPORT DWAR L-EFFICJENZA TAL-KUNSILLI LOKALI
Id-Dipartiment tal-Gvern Lokali ippubblika u qed iqassam lill-Kunsilli Lokali it-Tieni Rappport ghas-sena 2003 dwar l-Efficjenza tal-Hidma tal-Kunsilli Lokali li jkopri l-perjodu April – Lulju 2003.
Il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern pogga dan ir-Rapport fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rapprezentanti il-bierah, 25 ta’ Frar 2004.
Dan huwa t-tmienja u ghoxrin Rapport li qed jitressaq fil-Kamra tar-Rapprezentanti.
F’dan ir-rapport wiehed jista’ janalizza fid-dettal ir-rizultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru bejn April – Lulju 2003, kif ukoll iqabbel kemm mar-rizultati li kienu jkopru l-perjodu April – Lulju 2002, kif ukoll mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali assessjati bejn April – Lulju 2003.
F’dan il-perjodu d-Dipartiment spezzjona u analizza terz tal-Kunsilli Lokali, sittax-il Kunsill Lokali f’Malta u tmienja f’Ghawdex.
Fil-konkluzjoni ta’ dan ir-rapport qed tohrog statistika li turi l-Kunsill Lokali bl-oghla marka medja, kif ukoll il-Kunsill Lokali bl-anqas marka medja.
Tkomplew l-ispezzjonijiet fuq il-bankini fit-toroq urbani, biex sa issa kull lokal gie assessjat darba fuq din il-funzjoni, filwaqt li peress li dan kien perjodu tas-sajf saru l-ispezzjonijiet annwali fuq it-tindif tax-xtut.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en