Left arrow Go Back

RAPPORT DWAR L-EFFICJENZA TAL-KUNSILLI LOKALI

PR239
Date Icon 26/02/2004

Id-Dipartiment tal-Gvern Lokali ippubblika u qed iqassam lill-Kunsilli Lokali it-Tieni Rappport ghas-sena 2003 dwar l-Efficjenza tal-Hidma tal-Kunsilli  Lokali li jkopri l-perjodu April – Lulju 2003. 

Il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern pogga dan ir-Rapport fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rapprezentanti il-bierah, 25 ta’ Frar 2004. 

Dan huwa t-tmienja u ghoxrin Rapport li qed jitressaq fil-Kamra tar-Rapprezentanti. 

F’dan ir-rapport wiehed jista’ janalizza fid-dettal ir-rizultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru bejn April – Lulju 2003, kif ukoll iqabbel kemm mar-rizultati li kienu jkopru l-perjodu April – Lulju 2002, kif ukoll mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali assessjati bejn April – Lulju 2003. 

F’dan il-perjodu d-Dipartiment spezzjona u analizza terz tal-Kunsilli Lokali, sittax-il  Kunsill Lokali f’Malta u tmienja f’Ghawdex. 

Fil-konkluzjoni ta’ dan ir-rapport qed tohrog statistika li turi l-Kunsill Lokali bl-oghla marka medja, kif ukoll il-Kunsill Lokali bl-anqas marka medja. 

Tkomplew l-ispezzjonijiet fuq il-bankini fit-toroq urbani, biex sa issa kull lokal gie assessjat darba fuq din il-funzjoni, filwaqt li peress li dan kien perjodu tas-sajf saru l-ispezzjonijiet annwali fuq it-tindif tax-xtut.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow