AKTAR PROGRAMMI EDUKATTIVI MILL-BICC
Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit ipprezenta madwar 140 certifikat ta’ partecipazzjoni f’diversi oqsma ta’ tahrig, imnedija mill-Building Industry Consultative Council (BICC) bil-kollaborazzjoni ta’ entitajiet ohra, fosthom l-Awtorita` tas-Sahha u s-Sigurta` u l-Fondazzjoni Wirt Artna.
Matul il-prezentazzjoni ta’ certifikati ta’ tlett korsijiet differenti, il-Ministru Ninu Zammit qal li sa mill-bidu tat-twaqqif tieghu, il-BICC (Building Industry Consultative Council) pogga l-edukazzjoni u t-tahrig fl-industrija tal-bini bhala prijorita`. Il-BICC kien strumentali fit-twettieq ta’ bosta programmi ta’ tahrig f’kull livell fl-industrija.
Ghalkemm teknikament ir-rwol principali tal-BICC jibqa` wiehed konsultattiv, il-BICC hass il-htiega li jniedi kollaborazzjoni ma’ diversi entitajiet edukattivi u jagixxu flimkien.
Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura zied jghid li l-BICC ikkonsolida l-istrutturi tieghu li jipprovdu edukazzjoni u tahrig. Ghaldaqstant il-BICC kien strumentali fit-twettieq ta’ numru ta’ programmi edukattivi fl-industrija tal-bini. Dawn kienu jvarjaw minn korsijiet ghal bennejja, middle managers, programmi fuq il-bini ta’ hitan tas-sejjieh u sahansitra tahrig professjonali lill-Periti. L-impenn tal-BICC, kompla jghid il-Ministru hu li jassigura tahrig kontinwu f’kull livell, u mhux biss fil-livell operattiv.
Il-Ministru Zammit tkellem ukoll dwar il-korsijiet li l-BICC ser torganizza flimkien ma’ l-MCAST li jikkonsistu f’korsijiet dwar is-sengha tat-tqeghid, is-sengha tal-bajjada u l-kahhala, kif ukoll kors iehor dwar il-bini ta’ hitan tas-sejjieh. Dawn il-korsijiet mistennija jkunu miftuha kemm ghan-nies fi hdan is-servizz pubbliku u anke ghal dawk minn barra l-istess servizz pubbliku; dan sabiex issir iktar specjalizzazzjoni fuq dan it-tip ta’ xoghol li huwa meqjuz bhala xoghol dedikat hafna.
Matul il-prezentazzjoni tqassmu:
104 Health and Safety Card
32 Certifikat ta’ attendenza ghall-kors fil-Middle Management u
9 Certifikati ta’ attendenza ghall-kors ta’ tahrig fil-bini tal-Hitan tas-Sejjieh
Il-Ministru Ninu Zammit fakkar li l-BICC hija partecipi wkoll b’mod attiv f’diversi fora nazzjonali fosthom il-MUESAC, fejn ikunu segwiti l-izviluppi kollha relatati mas-Shubija ta’ Malta fl-UE.
Il-BICC tkun involuta wkoll permezz ta’ partecipazzjoni shiha fil-politika nazzjonali fil-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Izvilupp Sostenibbli. Hu kompla jghid li l-BICC hi attiva` wkoll fl-MSA Experts Group, fejn hawn il-Board Konsultattiv jahdem id f’id ma’ l-Awtorita` Maltija ta’ l-Istandards fl-izviluppi marbuta ma’ l-implimentazzjoni tal-Construction Products Directive.
Finalment il-Ministru Ninu Zammit fahhar il-hidma tal-BICC matul is-sena 2003 u awgura kull success u hidma ntensiva ghal matul din is-sena.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en