IL-MINISTRU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U KULTURA JILTAQA’ MAL-KUMITAT EŻEKUTTIV TAL-KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett dalgħodu ltaqa’ mal-Kumitat Eżekuttiv il-ġdid tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ huwa għaqda mhux governattiva, awtonoma u volontarja, li tirrappreżenta l-għaqdiet taż-żgħażagħ Maltin u jaħdem ukoll fl-interessi u għall-ħtiġijiet taż-żgħażagħ li m’humiex assoċjati f’xi għaqda.
L-għan ewlieni tal-KNŻ huwa li jservi ta’ forum ta’ diskussjoni għaż-żgħażagħ Maltin sabiex ikollhom sehem effettiv fis-soċjetà Maltija
Matul il-laqgħa il-Kumitat Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u l-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura iddiskutew il-Pjan ta’ Ħidma tal-KNŻ għas-sena preżenti.
Il-Ministru Mugliett esprima is-sodisfazzjon tiegħu li l-Eżekuttiv tal-KNŻ hu magħmul minn żgħażagħ li jirrappreżentaw firxa tas-soċjeta’ wiesgħa aktar minn qatt qabel. Il-Ministru rringrazzja lill-KNŻ għax-xogħol siewi li qed iwettaq fil-qasam internazzjonali.
Punt ta’ diskussjoni ieħor matul il-laqgħa kien l-involviment tal-KNŻ f’issues ta’ interess pubbliku.
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ huwa magħmul kif ġej:
Jean-Paul De Lucca - President
Daniela DeBono - Viċi-President
Hanan El Khatib - Segretarja Ġenerali
Andre Borg - Deputat Segretarju Ġenerali
Cedric Mifsud - Segretarju Internazzjonali
Cory Greenland - Deputat Segretarju Internazzjonali
Aaron Farrugia - Teżorier
Ivan-Carl Saliba - Deputat Teżorier
Henri Caruana - Uffiċċjal Relazzjonijiet Pubbliċi
Kenneth Ellul - Deputat Relazzjonijiet Pubbliċi
Anton D’Amato - Membru
Kenneth Grima - Membru
Luciano Pace Parascandalo - Membru
Francis X. Ciantar - Segretarju Amministrattiv
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en