DISKORS MILL-ONOR. TONY ABELA, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI U AFFARIJIET EKONOMICI WAQT IL-KONSENJA TA’ GHAGIN MAQBUD MID-DWANA – KWARTIERI GENERALI TAL-PULIZIJA – 13/01/2004
Illum qeghdin hawn sabiex nghaddu lill-Pulizija, hawn rapprezentati mill-Kummissarju, is-Sur John Rizzo, madwar 800 Kilo ta’ ghagin li nqabdu dan l-ahhar mill-Ufficjali tad-Dwana minn fuq bastiment fejn huma kienu qeghdin jingarru b’mod illegali.
Hassejna fic-cirkostanzi, illi jkun tajjeb li nghaddu dan l-ghagin lill-Pulizija sabiex anke b’mod zghir, fil-waqt li nghinu lill-Pulizija fil-provediment ta’ l-ikel ghall-klandestini; fl-istess hin kemm bhala Ministeru, kif ukoll bhala Dipartiment tad-Dwana, inroddu hajr lill-istess Korp tal-Pulizija ghax-xoghol difficli u fejjiedi li qed jaghmel f’dana s-settur – fejn id-diffikultajiet huma enormi, l-impenn ukoll huwa enormi; izda l-grazzi ghandha t-tendenza jew li rari tasal, jew inkella li ma tasal qatt.
Jiena hawn nixtieq b’xi mod inqabbel xi ftit ix-xoghol tal-Pulizija ma' dak tad-Dipartament tad-Dwana – kulhadd irid li l-affarijiet jsiru skond il-ligi u li l-istess ligi tigi osservata u obduta. Izda jezisti element fis-socjeta' lokali jew barranija li jrid jigi mrazzan, peress li dawn il-persuni jew crieki jippruvaw jaghmlu minn kollox ghal skopijiet ta’ gwadan finanzjarju, bla ma’ jaghtu kaz tal-problemi li qeghdin jinholqu; jiksru regolamenti u ligijiet ta’ importazzjoni, b'garr ta’ mezzi u anke garr ta’ persuni.
Huwa f’dan l-isfond li dawn in-nies jippjanaw u jorganizzaw tajjeb hafna pero' b’mod illegali; li jippruvaw anke li jfixklu l-Pulizija u tad-Dwana bit-tentazzjonijiet li jsiru lill-haddiema relattivi sabiex ma’ jaqdux xogholhom kif ukoll xi kultant b’sogru ghal hajjithom kif ukoll hobzhom.
Ghalhekk huwa tajjeb illi wiehed ifakkar illi matul is-sena li ghaddiet, l-Enforcement Unit tad-Dwana kompliet issahhah l-ispettorat u l-investigazzjonijiet taghha, tant li fil-waqt li ghal dak li jirrigwarda containers ingieb apparat minn barra li jisskenja l-istess.
Fl-istess hin saru seminars u preparazzjoni kemm ghall-pulizija u l-istess ufficjali tad-Dwana biex dawn jaghrfu izjed dak li huwa genwin, minn dak li huwa falz. Irridu nkomplu nimmodernizzaw u naggornaw ruhna.
Ghalhekk fil-waqt li kull Dipartiment jaghmel ix-xoghol distint tieghu, hemm bzonn illi jkompli r-ritmu tajjeb li ghaddej ta’ koordinazzjoni ta’ certu xoghol bejn Dipartiment u iehor, sabiex jinkisbu r-rizultati mixtieqa. Biss irid isir sforz biex ikun hemm dan il-koordinament fil-prattika u mhux biss fit-teorija.
Hawn ma’ nistax ma’ nsemmiex diversi qabdiet ta’ kuntrabandu li saru s-sena li ghaddiet fosthom:-
· container ta' sigaretti - fejn inqabdu madwar 9 miljun sigarett f’hidma li saret bejn id-Dwana ta’ Malta u l-Anti Fraud Office tal-Kummissjoni Ewropea;
· container iehor ta' sigaretti b’total ta' madwar 3.8 miljun sigarett li kien ir-rizultat ta' informazzjoni li l-Pulizija rceviet u l-kollaborazzjoni bejn l-istess Dwana Maltija u l-Police Economic Crime Unit.
· Oltre dan, waqt spezzjoni ghal gharrieda li saret dan l-ahhar fuq vapur, hekk kif dahal fil-Port, inqabdu 3,156 flixkien ta' spirti kif ukoll ‘l fuq minn 800 kilo ta' ghagin. Dan sar wara li saret l-entratura mehtiega mad-Dwana.
· Waqt tfittxijiet ohra matul is-sena, nstabu ’l fuq minn 270 arlogg, ghexieren ta’ eluf ohra ta' sigaretti, kif ukoll 1,000 gilda ta' annimali u tjur protetti.
L-istess Unit tad-Dwana fi spezzjonijiet ohra fuq l-art b'koordinazzjoni mal-Pulizija u d-diversi Units taghha, waqt diversi operazzjonijiet qabdet:-
· zjut/petrol/diesel li fuqhom id-Dwana ma' kienitx thallset;
· prodotti li ma' jkunux genwini, cioe’: 7268 DVD recordings, 885 flokkijiet u hwejjeg ohra, kif ukoll 1,320 mobile covers, ecc.
· F’dak li jirrigwarda d-drogi – hawn il-prosit tinghata bil-kbir lill-Pulizija pero' rrid nghid ukoll illi d-Dwana wkoll tat is-sehem taghha, inkluz f’kaz minnhom, fejn persuna kellha madwar nofs kilo eroina u li nqabdet hija u diehla fl-ajruport. Nemmen tassew li b’izjed koordinament, ic-cirku jista' jinghalaq izjed.
Il-hidma kemm tad-Dwana kif ukoll tal-Pulizija trid tkompli u trid tkun izjed organizzata jekk irridu nibqghu aggornati ma’ l-izviluppi kontinwi.
Kull darba li l-awtoritajiet jaghlqu bieb – il-kriminali jippruvaw jifthu tieqa jekk mhux bieb iehor – u issa li ser nifformaw il-fruntiera tan-nofsinhar tal-Unjoni Ewropea b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004, irridu nkomplu naggornaw ruhna, w nahdmu b’mohhna sabiex naslu biex inkomplu niksbu rizultati tajba. Irridu naslu sabiex dawn it-tip ta’ kriminali jifmhu s-serjeta' li tezisti f’dan is-settur f’Malta.
Prosit lid-Dwana kif imexxija mis-Sur John Mifsud u lill-Korp tal-Pulizija, mmexxi mill-Kummissarju John Rizzo ghax-xoghol kontinwu u siewi taghhom.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en