Left arrow Go Back

MALTA SER TILQA’ L-25 EDIZZJONI TAL-KONVENZJONI TAL-FOUNDATION OF EUROPEAN CARNIVAL CITIES

PR224
Date Icon 23/02/2004

Il-25 edizzjoni tal-Konvenzjoni tal-Foundation of European Carnival Cities (FECC) ser tirritorna Malta wara għaxar snin.  

Meta kien qed jitkellem waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha tħabbret l-għażla tan-Nadur bħala Belt Dinjija tal-Karnival għas-sena li ġejja, il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett qal li Malta hija onorota li tilqa' dan l-avveniment importanti f'Mejju tas-sena d-dieħla għax dan jitfa' emfażi fuq kemm il-karnivali ta' Malta u Għawdex huma partikolari.  

"Il-Karnival għandu bżonn ta' struttura organizzattiva, iżda għandu wkoll bżonn ta' riflessjoni u studju. Dan huwa eżattament ir-rwol tal-FECC - li ġġib in-nies flimkien biex jiddiskutu u jqabblu l-fehmiet dwar il-modi varjati kif bliet differenti jorganizzaw il-karnival tagħhom. M'hix intiża biex tagħmel kull karnival l-istess jew biex iġġiegħelhom jisselfu l-idejat ta' xulxin - iżda biex il-membri tagħha jkunu jistgħu jitgħallmu dwar l-aspetti differenti ta' din il-festa," qal il-Ministru.  

"Kull Karnival huwa distint. Il-karnivali ta' Malta u Għawdex huma uniċi mhux biss fil-festivitajiet li jkunu organizzati iżda ukoll fl-isnajja’ u ħiliet partikolari li jintużaw biex jintramaw il-karrijiet, l-aspett volontarju, l-iffinanzjar u l-aspett organizzattiv.  

"Ser ikun għalhekk tassew ta' unur għalina li npoġġu dawn il-karatteristiċi fuq il-mejda tad-diskussjoni fil-konvenzjoni tal-FECC is-sena d-dieħla," kompla jgħid il-Ministru Mugliett.  

Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura irrefera wkoll għad-dimensjoni turistika tal-karnival u qal li attivitajiet bħal din il-Konvenzjoni jitfgħu dawl partikolari fuq l-importanza ta' dan it-tip ta' turiżmu kulturali.  

Intant, l-24 Konvenzjoni tal-FECC li ser issir f'Pernik fil-Bulgarija bejn it-23 ta' Mejju u l-31 ta' Mejju 2004 ser tkun qed tonora lin-Nadur bħala Belt Dinjija tal-Karnival.    

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow