Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U KULTURA U L-KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT IWIEGBU GHAL KUMMENTI TAL-PRESIDENT TAL-MALTA BASKETBALL ASSOCIATION

PR221
Date Icon 23/02/2004

B'referenza għall-kummenti magħmula mill-President tal-Malta Basketball Association (MBA), rigward il-problema ta' l-art fil-kumpless tal-basketball f' Ta' Qali, il-Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura, flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport jixtiequ  jiċċaraw il-pożizzjoni tagħhom f'din il-kwistjoni.  

1.         L-M.B.A. talbet lill-Gvern sabiex jgħin fl-ispiża nvoluta fix-xogħlijiet sabiex tkun irranġata l-ħsara kkawżata mill-maltempata tal-15 ta' Settembru 2003.  

2.            Irrizulta illi l-M.B.A. ma' kellhiex polza ta' assigurazzjoni f'dan ir-rigward, minkejja li skond klawsola 16 tal-Kuntratt (ta' l-Ghoti tat-Titlu Legali tal-Kumpless lill-M.B.A.), "L-enfitewta għandu jagħmel polza ta' sigurta' dwar riskji għal terzi persuni u kontra l-ħsarat fl-imsemmija proprjeta'."  

3.            Minkejja klawsola 6 tal-kuntratt imsemmi li tgħid li "...l-enfitewta għandu l-obbligu li jżomm il-proprjeta' fi stat tajjeb ta' manutenzjoni u jagħmel dawk ix-xogħlijiet u t-tiswijiet ordinarji u straordinarji kollha neċessarji għal dan il-għan u dana mingħajr ebda dritt ta' rimbors jew kumpens", il-Gvern, permezz tal-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett u l-Ministru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi, l-Onor. John Dalli approvaw il-prinċipju li l-Gvern, permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport, joħrog is-somma ta’ Lm50,000 fuq il-premessa li (skond l-estimi ta' l-istess M.B.A.) dan ix-xogħol jiġi jiswa' Lm61,000.  Dan il-‘committment’ seta jitwettaq sew wara li kien magħruf il-budget għas-sena 2004.  

4.            Minkejja li ma kienx hemm polza ta' assigurazzjoni, iż-żewġ Ministri msemmija,  approvaw l-għajnuna sabiex ma jkunx hemm kollass tal-logħba tal-Basketball f'pajjiżna.  Minħabba li l-għajnuna hija sostanzjali, l-M.B.A. intalbet tikseb ‘quotations’  għall-art ġdida li riedet tpoġġi fil-Kumpless.  Dan sabiex jiġu segwiti l-proċeduri ta' akkwist (procurement procedures) kif titlob il-liġi. Minflok art tal-parquet kif hemm bħalissa, l-M.B.A. ipproponiet sistema ta' parquet ‘portable’. Madankollu. waħda biss mill-kwotazzjonijiet miġbura kienet għal sistema ‘portable’.  Il-kwotazzjonijiet l-oħra, u li kienu orħos, kienu għal sistema ‘fixed’.  Id-Dipartiment tal-Kuntratti ma ħassx li seta' jagħmel ġudizzju ‘fair’ fuq dawn il-kwotazzjonijiet.  

5.         Ta' min iżid illi, sa' minn dakinhar li l-M.B.A. sabet ruħha f'dik is-sitwazzjoni, kienu saru kuntatti mal-Ministeru u l-Kunsill Malti għall-Isport sabiex jinstab post alternattiv għal-logħob tal-basketball.  Il-Ministeru offra l-Kumpless tal-Kottonera u s-sala ta’ l-Università għal dawn il-kompetizzjonijiet. Għal xi raguni, l-M.B.A. għażlet li ttella' l-kompetizzjonijiet tagħha f'postijiet oħra u ħalliet lill-Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura mingħajr risposta.  

6.         Il-President tal-M.B.A. semma wkoll li l-art il-ġdida ser tintuza fil-proġett il-ġdid li għandhaħsieb li tgħamel l-M.B.A. Il-Ministeru kemm-il-darba talab li jara l-pjanti ta' dan il-progett, iżda sal-lum, minkejja li anke l-kuntratt ta’ l-allokazzjoni ta’ l-art jitlob hekk, dawn il-pjanti għadhom ma' ġewx ippreżentati, wisq anqas żviluppati.  

7. Il-President tal-M.B.A. ġie kkwotat jgħid ukoll illi minħabba din is-sitwazzjoni kollha, "...l-Assoċazzjoni qegħda viċin kollass..."u dan minħabba li l-isponsors naqsu.  Il-Ministeru u l-Kunsill Malti għall-Isport offrew li r-reklamar li s-soltu ġġorr magħha l-M.B.A., jitpoġġew fil-kumplessi sportivi amministrati mill-KMS, imma kif indikat aktar qabel, l-użu ta' dawn il-faċilitajiet ma ntlaqax mill-M.B.A.  

8. Fl-aħħarnett, il-Ministeru jrid jiċċara li mill-1999 'l hawn, l-M.B.A. irċeviet viċin l-Lm46,000 minghand il-Gvern (Lm18,000 diretti mill-Gvern u madwar Lm28,000 għal programmi taħt skemi mmexxija mill-Kumitat Olimpiku Malti). Ma' dawn wieħed irid iżid il-pagi ta' żewġ impjegati tal-Gvern, li huma ssekondati ma' l-M.B.A.   

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow