Left arrow Mur Lura

LM550,000 GĦALL-PROĠETT TA’ TITJIB TAL-BAJJA TA’ SAN ĠORĠ

PR215
Date Icon 20/02/2004

Meta nieda l-proġett tal-bajja ta’ San Gorg f’San Giljan, kif ukoll il-miljoramenti li ser isiru fl-inħawi, il-Ministru għat-Turiżmu, l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li bħala parti mill-ħsieb tal-Gvern li jkompli jsebbaħ l-inħawi ta’ qrib il-baħar, li huma frekwentati sew mill-Maltin kif ukoll mit-turisti, sa qabel jidħol is-Sajf, kienet se titwettaq l-ewwel fażi tal-proġett tal-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.

Francis Zammit Dimech qal li bħala parti mill-ewwel fażi ta’ dan il-proġett, il-bajja ta’ San Ġorġ kienet se timtela’ mill-ġdid b’ramel speċjali – li l-karatteristiċi u l-kwalita’ tiegħu ġew stabbiliti mill-MEPA – u kienet se ssir sistema ġdida ta’ drenaġġ biex tlaħħaq ma’ l-ilma tax-xita, mingħajr ma ssir ħsara lir-ramla.

Il-Ministru għat-Turiżmu qal li kien intlaħaq ftehim mal-kumpannija Safi Dead Sea Products biex din tforni r-ramel meħtieġ, li hu ta’ qies speċjali. Dan ir-ramel se jiġi mpurtat mill-Ġordan. Hu qal li dan il-kuntratt għall-provvista u trasport tar-ramel hu stmat li se jiswa madwar Lm200,000. Hu qal li r-ramel mistenni jinġieb lejn l-aħħar ta’ Mejju. Meta tikkonsidra l-ispejjeż l-oħra involuti, l-ispiża totali titla’ għal Lm550,000. Din l-ispiża se tkun kollha kemm hi finanzjata mill-Gvern.

Il-Ministru għat-Turiżmu qal li sas-Sajf li ġej, kienet mistennija titlesta l-ewwel fażi, li tikkonsisti fit-tqegħid tar-ramel, kif ukoll parti mix-xogħol fuq l-iskular ta’ l-ilma, u titjib fuq il-pompi tad-drenaġġ. Is-sistema ta’ culverts li tlaħħaq ma’ xita qalila mistennija tkun inkluża fit-tieni fażi tal-proġett, li huwa proġettat li jibda f’Ottubru li ġej. It-tieni fażi tinkludi wkoll il-bini ta’ promenade ġdid matul il-bajja u landscaping, biex il-proġett sħiħ ikun kompletat qabel is-Sajf tas-sena 2005.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li kienet se tissaħħaħ ukoll is-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi biex hekk ikun evitat kwalunkwe sbokk ta’ drenaġġ fil-baħar. L-applikazzjoni għal żvilupp sħiħ ta’ l-inħawi saret f’Novembru 2003. Hu qal li s’issa

  • Tlesta Ecological Monitoring Plan fejn uħud mill-ħtiġiet ġew negozjati mal-MEPA;
  • Qed tkun preparata Beach Management Plan;
  • Ġie ppreparat Construction Management Plan, u
  • Tħejja dokument għal surface water and drainage upgrade

Il-Ministru għat-Turizmu qal li l-kera tal-faċilitjiet se tinkludi catering outlet fuq in-naħa tan-Nofsinhar tal-bajja, kiosk fuq ir-ramel u kera ta’ beach beds u umbrelel. L-immaniġġjar tal-bajja se jkun jinkludi fost affarijiet oħra s-sigurta’ u l-indafa.

L-Awtorita’ Marittima Maltija kienet hejjiet pjan preliminari li kien juri ż-żona proposta għall-għawm u kif se jitqiegħdu l-irmiġġi.

Il-Ministru għat-Turiżmu qal li kien stmat li l-ewwel fażi tax-xogħol ċivili kienet se tilħaq Lm240,000. It-titjib f’din il-bajja kien maħsub li jikkumplimenta x-xogħol li kien diġa’ sar biex jissebbħu l-inħawi ta’ Triq Santu Wistin u l-proġett li kien qed jitwettaq għat-tisbiħ ta’ Paceville. Hu qal li f’dawn l-inħawi kien hemm l-akbar konċentrament ta’ lukandi u postijiet ta’ divertiment, u li għalhekk il-ħidma li kienet qed titwettaq għat-tisbiħ u l-immodernizzar ta’ dawn l-inħawi kienet se tkompli ttejjeb il-prodott li qed joffri pajjiżna fis-settur turistiku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow