GWARDJANI SER JIBDEW JIEHDU HSIEB IR-RAPPURTAR TA’ KOLLIZJONIJIET – EMENDATI R-REGOLI DWAR IL-VETTURI BIL-MUTUR
Il-Gvern huwa kommess li jibqa’ jaghti iktar devoluzzjonijiet lill-Kunsilli Lokali. Dan habbru l-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr Tonio Borg waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet biex habbar sistema gdida li permezz taghha l-gwardjani lokali ser ikunu responsabbli mir-rappurtar ta’ incidenti tat-traffiku.
Il-Ministru Borg qal li s-sistema ta’ l-infurzar lokali hija parti mportanti hafna mill-process tad-decentralizzazzjoni tal-poter mill-Gvern Centrali lill-Awtoritajiet Lokali. Is-sistema li permezz taghha l-infurzar tal-ligi jsir fuq bazi lokali, ghenet lill-Kunsilli biex jaghmlu titjib sostanzjali fis-servizz illi joffru lill-kommunitajiet li huma jirrapprezentaw.
Is-sistema ta’ l-infurzar lokali tista’ tigi deskritta bhala mod rivoluzzjonarju ta’ kif il-Gvern irrisponda ghall-esigenzi ta’ kif wiehed japplika u jinforza ghadd ta’ funzjonijiet dixxiplinarji fil-lokalitajiet taghna. Il-pass li qed jithabbar illum huwa kontinwazzjoni ta’ dan il-process.
Sal-lum, il-procedura ta’ meta jsehh incident tat-traffiku, kienet li s-sewwieqa nvoluti jsejhu lill-Pulizija biex jigu il-post halli jaghmlu l-isketch ta’ l-incident.
Il-Ministru Tonio Borg qal li xi snin ilu giet introdotta procedura gdida, li dawk involuti f’incidenti msejha ‘bumper to bumper’, ma jkollhomx ghalfejn isejhu ghall-ghajnuna tal-pulizija, izda jimlew formola apposta li fiha jigi deskritt l-incident. Minkejja dan, in-numru ta’ incidenti tat-traffiku kull xahar, baqa` wiehed relattivament gholi. Is-sena li ghaddiet biss, kien hemm 13,982 incident tat-traffiku, medja ta’ 38 kuljum. Is-sejhiet ghall-pulizija lahqu medja ta’ 270 fil-gimgha.
"Dan in-numru huwa ta’ piz kbir fuq il-forzi ta’ l-ordni, li minbarra x-xoghol normali taghhom kien ikollhom imorru fuq il-post ta’ kull incident, biex jiehdu d-dettalji kollha u jfasslu l-isketch; xoghol li kien jiehu certu ammont ta’ hin. Ghalkemm dan ix-xoghol kien isir, u kien isir tajjeb mill-Pulizija, wasal iz-zmien li anke dan ix-xoghol jibda jsir mill-gwardjani lokali. B’hekk il-pulizija ser ikollhom iktar hin ghax-xoghol ‘normali’ taghhom kontra l-kriminalita,." kompla l-Ministru Borg.
Bl-introduzzjoni ta’ din is-sistema, li ser tibda tibda tiffunzjona mill-1 ta’ Marzu, ser tinghata dimensjoni gdida lill-Gwardjan Lokali. Apparti l-uniformi l-gdida, li taghmel ftit tad-differenza fl-apparenza, il-gwardjan se jkun qed jaghti servizz differenti minn dak li s-soltu mdorra naraw.
Din is-sistema se tithaddem minn 24 gwardjan imharreg apposta anki fl-ghoti ta’ l-ewwel ghajnuna; li ser jibdew jmorru fuq il-post ta’ l-incident u jaghmlu dak ix-xoghol li qabel kien isir mill-Pulizija. L-informazzjoni kollha se tkun ipprocessata b’mod elettroniku u b’hekk l-agenziji ta’ l-assikurazzjoni ser jibdew jircievu d-dettalji minnufih.
Wiehed irid ighid li l-kazijiet ta’ incidenti tat-traffiku li fihom ikun hemm korrimenti, ser jibqghu f’idejn il-pulizija u l-gwardjani ser jiehdu hsieb biss incidenti fejn ma jkunx hemm ‘personal injury’. Il-pulizija ser tibqa’ responsabbli ukoll ghall-incidenti fejn ikunu nvoluti karozzi jew proprjeta’ tal-Gvern.
Is-sistema kollha ta’ l-infurzar lokali hija ezempju tajjeb ta’ kif wiehed jista’ juza t-teknologija ta’ l-informatika u l-komunikazzjoni li tezisti llum, biex is-servizzi li jigi pprovdut lic-cittadin ikunu dejjem aktar efficjenti, aktar precizi u offruti fil-pront. Dr. Tonio Borg habbar li hemm ghadd ta’ pjanijiet ohra biex is-sistema tigi irfinuta aktar ma jghaddi z-zmien u tigi attrezzata bizzejjed biex tlahhaq ma’ l-esigenzi moderni.
Il-Ministru Tonio Borg ghalaq billi rringrazzja lill-kumitat manigerjali ta’ l-LES li jiehdu hsieb jikkoordinaw kull aspett amministrattiv tas-sistema ta’ l-infurzar lokali. Huwa rringrazzja wkoll lill-agenziji li jharrgu lill-gwardjani, lill-ufficjali awtorizzati li jiehdu hsieb l-aspett amministrattiv tat-tribunali, u lid-Datatrak li jiehdu hsieb l-aspett tekniku.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en