TAHRIG MILL-GENITURI GHALL-GENITURI F’HAL TARXIEN
Wahda mill-mistoqsijiet l-aktar komuni li jistaqsu l-genituri hija kif jistghu huma jhajru lil uliedhom ihobbu aktar il-qari. Il-Fondazzjoni ghal Servizzi Edukattivi qed tghin lill-genituri jwiegbu din u mistoqsijiet ohra b’modi differenti. Wiehed minn dawn il-modi huwa d-disinn ta’ korsijiet ta’ tahrig prattiku ghal genituri marbuta ma’ temi maghzula minnhom stess. Dawn il-korsijiet jinghataw fil-qafas tal-Programm Id f’Id li jharreg genituri f’kapacitajiet u ghal rwoli differenti.
Matul ix-xahar ta’ Frar 2004, il-genituri ta’ tfal li jattendu l-iskola primarja tal-gvern ta’ Hal-Tarxien hadmu mill-qrib ma’ ghalliema mill-Fondazzjoni biex jorganizzaw tahrig proprju dwar kif il-genituri jistghu jhajjru lil uliedhom isiru jhobbu aktar il-qari. Waqt il-kors, il-genituri pprattikaw metodi effettivi bhal ‘shared reading’ u ‘paired reading’. Il-genituri kellhom ukoll l-opportunita’ li jippruvaw dawn il-metodi ma’ uliedhom waqt il-kors stess.
Ghodda ohra li ntuzat kienet l-uzu ta’ story bags. Hawn il-genituri iffamiljarizzaw ruhhom ma’ kif jinholqu u jintuzaw dawn l-‘istory bags’ u tghallmu joholquhom flimkien ma’ uliedhom. Il-genituri li hadu sehem f’dan il-kors Mill-Genituri ghall-Genituri f’Hal Tarxien, kellhom ukoll l-opportunita’ li jsiru aktar familjari mal-Librerija ta’ l-iskola u skoprew flimkien kriterji ta’ kif il-genituri jkunu jistghu jaghzlu kotba adattati ghat-tfal taghhom. Ta’ interess ukoll kien meta l-genituri gew murija kif jistghu jghinu t-tfal juzaw il-Kompjuter biex joholqu storja.
Mill-bidu tat-twaqqif taghha, il-Fondazzjoni ghal Servizzi Edukattivi harrget numru ta’ ghalliema kwalifikati sabiex ikunu jistghu jahdmu ma’ genituri f’lokalitajiet differenti. Dawn il-Korsijiet Mill-Genituri ghall-Genituri jsiru b’kollaborazzjoni shiha bejn il-Fondazzjoni Ghal Servizzi Edukattivi, l-Kapijiet ta’ l-iskejjel, u l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Skolastici.
Il-hidma tal-Fondazzjoni ghal Servizzi Edukattivi, ta’ l-iskejjel statali u tal-Assocjazzjoni tal-Kunilli Skolastici fil-qasam ta’ l-involviment tal-genituri f’affarijiet kurrikulari hija marbuta sew mal-principji u ghanijiet edukattivi tal-Kurrikulu Nazzjonali li jghid, fost affarijiet ohra: “l-edukazzjoni ta’ l-ulied ghandha tkun imzewga ma’ programmi ta’ edukazzjoni u partecipazzjoni ghall-genituri u dawk li qeghdin jiehdu hsiebhom”.
Ghal aktar informazzjoni dwar il-Programm Id f’Id wiehed jista’ jikkuntatja lil :
Victor Galea – Koordinatur: Programm Id f’Id
Fondazzjoni Ghal Servizzi Edukattivi
Tel: 21 455 600 jew 21 455 607
e-mail fes@gov.mt
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en