KUNDANNA GĦALL-QTIL TA’ GĦASAFAR FIR-RISERVA NATURALI TAL-GĦADIRA
PR21
12/01/2004
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jikkundanna l-qtil tal-Palettuni (spoonbills) fir-riserva naturali tal-Ghadira. Dawn l-inċidenti huma ta’ għajb ghal dawk kollha li jixtiequ jaraw serjeta’ u bilanċ bejn il-ħarsien ambjentali u l-kaċċa sostennibli.
Wasal iż-żmien meta kulħadd irid jerfa’ r-responsabbilita’ għal dawn l-attivitajiet illegali.
Il-Ministeru jawgura li jinqabdu l-individwi li wettqu dan ir-reat u jappella lill-għaqdiet li jirrappreżentaw lill-kaċċaturi u lil kull min għandu xi informazzjoni dwar dan il-każ sabiex jgħadduha lill-awtoritajiet konċernati.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en