Left arrow Go Back

TINGĦATA L-ĦATRA LIL NUMRU TA’ UFFIĊJALI ĠODDA FIL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT

PR205
Date Icon 19/02/2004

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino ippreżenta ċ-ċertifikati tal-ħatra lil numru ta’ uffiċjali ġodda fid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura.  Dawn jinkludu żewġ senior weighers, senior medical laboratory technologist u għoxrin agricultural officers, li minnhom ħamsa huma nisa.

L-Onor. Pullicino qal li l-għoti taċ-ċertifikati tikkonferma l-impenn tal-Gvern li fl-aħħar snin investa bis-sħiħ fit-titjib tal-kapaċita’ amministrattiva tas-servizz pubbliku.  Hu qal li d-Dipartiment ta’ l-Agrikultura u Żvilupp Rurali kien wieħed mill-aktar li gawda b’din l-istrateġija, għaliex sa’ ftit snin ilu, kellna sitwazzjoni fejn l-aħħar ħaddiema minn dan id-dipartiment li ngħataw taħriġ speċjalizzat, kienu grupp li ntbagħtu jistudjaw fl-Ingilterra bejn l-1971 u l-1974.

Il-Ministru Pullicino fakkar kif illum qed naħsdu l-frott ta’ deċiżjoni għaqlija li ttieħdet fl-1987, meta l-Gvern ta’ dak iż-żmien reġa’ beda jagħti l-importanza kollha neċessarja lill-iżvilupp tar-riżorsi umani, li huma l-aqwa riżorsa li pajjiż jista’ jkollu.  Huwa zied li matul in-negozjati ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern ikkonferma l-htiega ta’ numru dejjem akbar ta’ ħaddiema speċjalizzati fl-oqsma ta’ l-agrikultura u s-sajd.

George Pullicino qal li l-ħaddiema kwalifikati, jiġifieri persuni b’diploma jew dottorat,  fid-Dipartiment ta’ l-Agrikultura u Żvilupp Rurali, u fid-Dipartiment tas-Sajd issa laħaq għal aktar minn 120.  Huwa fakkar li sa’ l-1996, in-numru ta’ ħaddiema kwalifikati kien biss ta’ 30, jiġifieri fuq perjodu ta’ tmien snin kien hemm żieda ta’ aktar minn erba’ darbiet.

Hu żied jgħid li dan in-numru ma kienx jintlahaq kieku f’pajjiżna m’għandnix l-istrutturi bħal l-Istitut ta’ l-Agrikoltura li l-Gvern waqqaf fl-1993, flimkien ma’ l-Universita’ ta’ Malta.  Huwa esprima t-tama li x-xogħol li għaddej bħalissa flimkien ma’ l-Universita’ u Istituti barranin ohra, jwasslu sabiex dan l-Istitut fi żmien qasir jibda joffri wkoll aktar taħriġ.  

Filwaqt li feraħ lill-uffiċjali l-ġodda, il-Ministru George Pullicino appella biex dawn ikunu għad-dispożizzjoni ta’ dawk kollha li jkollhom bżonn is-servizzi tagħhom sabiex il-biedja  tissaħħaħ kemm fl-interess ta’ l-industrija nnifisha, kif ukoll ta’ l-ambjent ta’ pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow