Il-PRIM MINISTRU JIPPARTEĊIPA F’LAQGĦA TAL-PARTIT POPOLARI EWROPEW
PR203
19/02/2004
Il-Prim Ministru, l-Onor. Dr. Eddie Fenech Adami illum ħalla Malta għal Ateni fejn se jipparteċipa fil-laqgħa tal-Partit Popolari Ewropew. Waqt din il-laqgħa se jiġi diskuss il-programm tal-Presidenza Irlandiża u l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.
Għal din il-laqgħa se jkun hemm preżenti, fost oħrajn, il-Prim Ministri ta’ l-Italja, Spanja, il-Portugall, l-Olanda u s-Slovakja.
Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, is-Sur Richard Cachia Caruana.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta llum, 19 ta’ Frar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en