Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT JILTAQA’ MAL-KUMMISSJONI PASTORALI AMBJENT TAL-KNISJA

PR202
Date Icon 19/02/2004

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino iltaqa’ mal-Kummissjoni Pastorali Ambjent ta’ l-Arċidjoċesi ta’ Malta.   

Il-Kummissjoni twaqqfet dan l-aħħar skond id-dokument ‘Kultura-Soċjeta’-Knisja’ li kien ippreparat fis-Sinodu Djoċesan, u li jipprovdi għat-twaqqif ta’ din il-Kummissjoni fl-Arċidjoċesi Maltija.   

Matul il-laqgħa, ic-Chairperson tal-Kummissjoni, Victor Axiak radd ħajr lill-Ministru ta’ l-interess li wera fil-Kummissjoni u kien ukoll diskuss fid-dettal il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni. 

Il-Ministru George Pullicino wera l-apprezzament tiegħu li settur tant sensittiv bħalma hu l-ambjent qed jingħata attenzjoni minn istituzzjoni tant importanti u influenti fis-soċjeta’ Maltija, bħalma hi l-Knisja.  Hu faħħar ukoll l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tippublika fuljetti b’informazzjoni importanti u li dawn jitqassmu fil-parroċċi Maltin u Għawdxin. 

Intant matul il-laqgħa, il-Ministru Pullicino, f’isem il-Gvern, u l-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja tkellmu dwar diversi proposti li hemm ippjanati għal tisħiħ ambjentali u dwar kif tista’ titkattar il-kollaborazzjoni u dan fl-aħjar interess ta’ l-ambjent ta’ pajjiżna. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow