Left arrow Go Back

LM25.8 MILJUN LIRA ŻJIEDA FL-ESPORTAZZJONI U LM14-IL MILJUN LIRA F’IMPORTAZZJONI FIS-SENA 2002

PR200
Date Icon 19/02/2004

“Għalkemm intom bħala boat builders, ftit fin-numru, tagħtu kontribut kbir lejn l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż.  Intom parti integrali mis-settur tal-manifattura.  Intom settur li qed taħdmu f’ekonomija li s-sena li għaddiet, kienet kapaċi żżid l-esportazzjoni b’Lm25.8 miljun lira, u fejn l-importazzjoni żdiedet ukoll b’Lm14-il miljun lira.  Dan skond statistika li turi li, minn Jannar sa Novembru 2002, kellna Lm713-il miljun lira ta’ esportazzjoni; filwaqt li fl-istess perjodu tas-sena 2003, kellna żjieda ta’ Lm739.0 miljun lira.  Bħala self-employed u sidien ta’ negozji żgħar, fis-settur ta’ skilled/crafts, intom 32.4% tas-self-employed kollha.  Dan ifisser li intom parti minn 6,892 self-employed  minn total ta’ 21,300.” 

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo kien qed jitkellem fi tmiem ta’ workshop li ġie organizzat mill-Malta Standards Authority dwar ‘Recreational Crafts’.  Għal dan il-workshop, il-Malta Standards Authority laqqgħet flimkien, manifatturi tad-dgħajjes u entitajiet ohra li huma nteressati f’das-settur.   

Dwar il-ħtieġa ta’ standards, is-Segretarju Parlamentari Vassallo qal li:  “l-ħarsien ta’ standards jistgħu wkoll ikunu jfissru anqas burokrazija mill-MEPA, għaliex l-istandards kif maħruġa mill-Malta Standards Authority jistgħu faċilment jissimplifikaw proċeduri li kienu saru mill-MEPA fuq livell nazzjonali, meta kien għad m’hemmx standards Ewropej. Kemm-il darba dawn jibqgħu regolati mill-MEPA nistgħu faċilment inkunu qed niddupplikaw il-proceduri.  Għalhekk bil-ħarsien ta’ Standards Ewropej, faċilment ikunu simplifikati l-proċeduri li jeżistu llum, u hekk ikollna standards uniformi ma’ dawk Ewropej.”

L-Onor Edwin Vassallo tkellem dwar il-ħidma tal-Gvern b’risq l-iżvilupp ta’ l-ekonomija f’pajjiżna biex ikun mgħejjun is-settur tas-self-employed u jinkludu inizjattivi ta’:

      1.      Tnaqqis ta’ burokrazija 
2.      Taħriġ fl-użu tal-Komputer
3.      Aċċessibilita’ aħjar għall-fondi  

“Dawn l-objettivi jiffurmaw il-bażi tal-European Charter for SME’s, Charter li l-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi, dejjem mexa miegħu”, qal l-Onor. Edwin Vassallo, filwaqt li kompla jghid li fi ftit taz-zmien iehor, l-MSA se tahtar ghaqdiet professjonali tas-settur li se jkunu maghrufa bhala 'notified bodies'.  Dawn in-'notified bodies' se jigu stabbiliti biex jikkontrollaw l-istandards u l-kwalita’ tal-prodotti, qabel dawn jitqieghdu fis-suq. 

Din il-laqgħa kienet tifforma parti mill-proċess kontinwu ta’ konsultazzjoni mas-settur imprenditorjali li qed isir ma’ Awtoritajiet u Dipartimenti fi ħdan il-Ministeru.  Bħal din il-laqgħa saru u qegħdin kontinwament isiru numru ta’ laqgħat f’setturi oħra. 

Is-Segretarju Parlamentari wassal ukoll messaġġ lil dawk l-agenziji u entitajiet kollha li huma nteressati f’dan is-settur, biex dawn ikunu ta’ servizz għall-klijenti tagħhom.  Dawn l-entitajiet kif ukoll il-manifatturi għandhom jaħdmu id f’id biex b’hekk kulħadd ikun jista’ jopera bl-aħjar mod, bi standards xierqa għal kulħadd. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow