Left arrow Mur Lura

KUNDANNA GHAL SABUTAGG LI SAR FIS-SISTEMA TAD-DRENAGG TA’ SAN VINCENZ DE PAUL

PR197
Date Icon 18/02/2004

Dalghodu persuna jew persuni mhux maghrufa tefghu zejt fis-sistema tad-drenagg tar-residenza San Vincenz de Paule. 

Dan iz-zejt, li jintuza biex ihaddem is-sistema tal-boiler ta’ l-istess residenza, ikkawza sadd (blockage) fis-sistema tad-drenagg, li minhabba f’hekk saret hsara kbira fl-istess sistema. B’konsegwenza ta’ dan l-izbroff tad-drenagg, giet ikkagunata hsara f’parti mill-bini l-gdid tas-Serenity Ward. Din mhix l-ewwel darba li saru atti ta’ sabutaggi ta’ dan it-tip, bhal meta fil-passat, intefghu hrieqi u bicciet ta’ l-injam fl-istess sistema tad-drenagg. 

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Politika Socjali, l-Onor. Frans Agius, li tahtu taqa’ r-responsabilta’ tar-Residenza San Vincenz de Paul, ikkundanna bil-qawwa kollha lil min kien responsabbli ghal dan l-att kodard.  

Meta kien qed jara l-hsara li saret fuq il-post, Dr. Agius qal li min iwettaq atti   ta’ sabutagg, billi jikkaguna l-hsara apposta, ikun qed iwettaq hsara u tbatija lill-istess residenti ta’ San Vincenz, minbarra li tikkaguna wkoll spejjes zejda lill-pajjiz.  

Filwaqt li l-Gvern huwa kommess li jaghmel min kollox biex jgholli dejjem iktar il-livell ta’ hajja ta’ l-istess anzjani, billi jinvesti miljuni ta’ liri  biex jinbnew wards godda u jigu mtejba s-servizzi fl-istess residenza San Vincenz, issib persuna jew persuni li bla ebda skruplu ta’ xejn, iwettqu atti li jtellfu dan ix-xoghol kollu u jikkawzaw hsara u tbatija bla bzonn lill-istess anzjani.  

Dr. Agius habbar illi inhatar  board ta’ nkjesta dipartimentali biex tigi mistharrga l-hsara li kkawza dan iz-zejt,  u min seta’ kien jew kienu l-persuna jew persuni wara dan l-att vandalu u ta’ min jistmerru.  

Il-Pulizija wkoll giet infurmata sabiex taghmel l-investigazzjonijiet taghha bil-ghan li min ghamel dan il-att ta’ sabutagg,  jittiehdu l-passi kriminali kontrieh, skond il-ligi.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow