Left arrow Mur Lura

ĦINIJIET ESTIŻI GĦALL-PUBBLIKU MID-DIRETTORAT TA’ L-INFORMAZZJONI U SERVIZZ LILL-KLIJENT FID-DIVIŻJONI TAL-KONSUMATUR U TAL-KOMPETIZZJONI

PR1961
Date Icon 28/12/2004

Id-Direttorat ta’ l-Informazzjoni u Servizz lill-Klijent fid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Kompetittività u Komunikazzjoni jixtieq jinforma lill-pubbliku li mit-3 ta’ Jannar 2005 l-uffiċċju ta’ Santa Venera ser jiftaħ għall-pubbliku nhar ta’:

·        Tnejn, Tlieta, Ħamis u Ġimgħa : bejn it-8.30 a.m. u s-1.30 p.m.

·        Erbgħa :  bejn it-8.30 a.m. u l-4.30 p.m.

L-Uffiċċju tal-Belt ser jibda jiftaħ għall-pubbliku nhar ta’:

·        Tlieta, Erbgħa, Ħamis u Ġimgħa : bejn it-8.30 a.m. u s-1.30 p.m.

·        Tnejn : bejn it-8.30 a.m. u l-4.30 p.m.

Bejn is-16 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru, is-servizzi kollha ser jibqgħu bħas-soltu, jiġifieri bejn it-8.00 a.m. u s-1.00 p.m.  

Dawn il-bidliet fil-ħinijiet qegħdin isiru sabiex il-konsumatur ikollu aktar ħin biex imur bl-ilmenti tiegħu fid-divizjoni tal-Konsumatur fi ħdan il-Ministeru għall-Kompetittività u Komunikazzjoni. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ ukoll juża is-servizz tal-freephone, 800 744 00, li huwa disponibbli 24 siegħa kuljum.  

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lid-

Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni,

‘Office for Fair Trading’,

Triq il-Kanun, Santa Venera. CMR 02.

Numru tat-telefon: 21 446250-5,

Numru tal-Fax: 21 446258,

Numru tal-Freephone: 8007 4400  jew

E-mail: fair.trading@gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow