SERVIZZ TA’ INFORMAZZJONI DWAR IT-TERREMOT FIX-XLOKK TA’ L-ASJA
Wara li sar magħruf bit-terremot u tidal waves li seħħew matul il-lejl li għadda u li laqtu diversi pajjiżi fix-Xlokk ta’ l-Asja fosthom partijiet mill-Indja, Sri Lanka, Bangladesh, Maldives, Malasja u t-Tajlandja, il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin javża li min ikollu bżonn ta’ informazzjoni dwar ċittadini Maltin li setgħu kienu jew qegħdin f’xi wieħed minn dawn il-pajjiżi milquta, jista’ jċempel fuq in-numri tat-telefon 79003879 jew 79476382.
Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin ifakkar ukoll li jekk persuni jkunu f’kuntatt ma’ ċittadini Maltin li jinsabu fl-inħawi milquta u li jkollhom bżonn ta’ kwalunkwe’ assistenza, jistgħu jirrikorru f’kull Ambaxxata u/jew Konsolat tar-Renju Unit kif ukoll f’kull Ambaxxata u/jew Konsolat ta’ kwalunkwe’ pajjiz ieħor membru ta’ l-Unjoni Ewropea.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946