Left arrow Mur Lura

MIŻURA OĦRA TA’ GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦALL-BDIEWA U R-RAĦĦALA

PR1951
Date Icon 23/12/2004

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jixtieq javża li minn nhar it-Tnejn, 27 ta’ Diċembru 2004, id-Dipartiment ta’ l-Iżvilupp Rurali sejjer iniedi l-Miżura, “Meeting Standards”, għal dawk ir-raħħala full-time kif ukoll part-time li jrabbu l-annimali, u li huma rreġistrati mat-Taqsima ta’ l-Ikel u Attivita’ Veterinarja.

Il-miżura ser isservi ta’ għajnuna għall-bdiewa / raħħala bħala parti mill-investiment finanzjarju meħtieġ sabiex jibnu strutturi meħtieġa għall-ħażna tad-demel u likwidi prodotti mill-annimali sabiex jiġu konformi mal-Programm ta’ Azzjoni għal Malta .  

Għalhekk dawk kollha eleġibbli għall-miżura Meeting Standards huma mħeġġa jiġbru l-applikazzjoni flimkien mal-linji gwida mill-uffiċċji ta’ l-Extension Services f’Ħaż Żabbar, is-Siġġiewi, ir-Rabat u l-Mosta, mill-Għammieri, kif ukoll mill-uffiċċju tal-IACS f’Għawdex minn nhar it-Tnejn, 27 ta’ Diċembru 2004 u jibgħatuha lura fid-Dipartiment ta’ l-Iżvilupp Rurali.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow