BORD ĠDID GĦALL-AWTORITÀ MALTIJA GĦAT-TURIŻMU
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, l-Onor. Francis Zammit Dimech ħatar il-Bord il-ġdid ta’ l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA). Dan il-bord se jissostitwixxi l-bordijiet kollha tal-MTA bl-eċċezzjoni tal-Bord ta’ l-Infurzar li se jibqa’ kif kien.
Il-membri maħtura mill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura huma: George Fenech, Simone Mizzi, Romuald Lungaro Mifsud, Franco Valletta u Joe Muscat. Fl-istess ħin, il-Ministru reġa’ ħatar lil Chris Grech bħala Chairman ta’ l-Awtorità.
Il-membri li jirrappreżentaw l-għaqdiet fil-qasam turistiku huma: Justin Zammit Tabona għall-MHRA, Ian Tonna għall-FATTA u Joe Cappello għall-Air Malta . Glorianne Mizzi mill-MUTG ( Malta Union of Tourist Guides) u John Sciberras mill-MGRA ġew eletti mill-assoċjazzjonijiet fil-qasam turistiku biex jirrappreżentawhom fuq il-bord tal-MTA.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946