Left arrow Mur Lura

ATMOSFERA DIFFERENTI FL-ADULT TRAINING CENTRE T’GĦAJNSIELEM

PR1946
Date Icon 22/12/2004

Għal ġurnata waħda l-Adult Training Centre t’Għajnsielem nbidel minn ċentru ta’ taħriġ għal post ta’ divertiment għall-membri tiegħu. Dan għaliex, bħal fis-snin l-imgħoddija, il-karattru ta’ Father Christmas wasal fiċ-ċentru biex iqassam xi rigali lill-membri bi bżonnijiet speċjali li jattendu. Dan, f’atmosfera Natalizja li l-membri u l-istaff ta’ l-ATC jirnexxilhom joħolqu ta’ kull sena.  

F’diskors qasir ta’ l-okkażjoni, il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono rringrazzjat lill-istaff kollu ta’ l-Adult Training Centre li ta’ kuljum joffru servizz tant meħtieġ b’dedikazzjoni kbira. Hija faħħret ukoll l-impenn li juru l-ġenituri tal-membri bi bżonnijiet speċjali kif ukoll lill-għaqda li ġiet iffurmata riċentement, Friends of the Adult Training Centre, li permezz ta’ diversi voluntiera kompliet ittejjeb is-servizzi offruti minn dan iċ-ċentru.

Dan iċ-ċentru jilqa’ fi ħdanu persuni b’kull tip ta’ diżabilita’ li għandhom bejn id-dsatax u s-sittin sena. Illum huma 40 membru li jagħmlu użu mis-sistemi ta’ terapiji ndividwali u faċilitajiet oħra li joffri dan iċ-ċentru. L-ATC joffri wkoll servizz ta’ support lill-ġenituri ta’ persuni b’diżabilita’. Minbarra li għandu kuntatt kontinwu ma’ aġenziji u dipartimenti oħra tal-Gvern fil-qasam soċjali, l-Adult Training Centre jaħdem fil-qrib ukoll ma’ l-Enable Foundation ta’ Derbyshire kif ukoll ma’ ċentri simili fi Sqallija u f’Sheffield, l-Ingilterra.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow