Left arrow Mur Lura

SKEMA TA’ GĦAJNUNA GĦAL MIN IKABBAR IL-PATATA

PR193
Date Icon 17/02/2004

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent iħabbar li se jintlaqghu applikazzjonijiet għal għajnuna bir-rata ta’ Lm 10.00 kull tomna art miżrugħa patata tas-sajf, li tinqala fis-sena 2004. Din l-għajnuna tingħata kemm fuq patata li tiġi esportata, kif ukoll fuq patata mkabbra għas-suq lokali. 

Ma’ kull applikazzjoni li tiġi ppreżentata, għandhom jiġu mehmuża d-dokumenti li ġejjin: 

·        Irċevuti oriġinali tal-patata taż-żriegħ li nxtrat mill-applikant biex tiġi miżrugħa għall-istaġun tas-sajf tas-sena 2004. Jekk wieħed ikun jixtieq iżomm l-irċevuti originali, jista jissottometti fotokopji li jiġu ċċertifikati bħala kopji veri mill-uffiċjal li jilqa’ l-applikazzjoni wara li jqabbilhom ma’ l-irċevuti oriġinali.  

·        Kopja/i tal-pjanta/i uffiċjali ta’ l-IACS li turi/juru kull għalqa li fiha qiegħda titkabbar jew se titkabbar il-patata. Min għad m'għandux il-pjanti rikjesti jista' jirreġistra r-raba’ tiegħu billi jmur fi Block C, l-Għammieri mit-Tnejn, 23 ta’ Frar, ’il quddiem.  

Ma tiġi aċċettata l-ebda applikazzjoni li ma jkollhiex mehmużin id-dokumenti meħtieġa. 

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom isiru fl-uffiċċji ta’ l-Extension Service fis-Siggiewi, Mosta, Zabbar, Ghammieri jew Rabat (Malta), jew fid-Dipartiment ta’ l-Agrikultura, Rabat, Ghawdex (dħul minn ħdejn is-Seminarju). Il-formoli biex wieħed japplika jinkisbu mill-istess postijiet. 

Żriegħ ta’ patata f'għelieqi differenti għandu jinġabar f’applikazzjoni waħda, izda trid tiġi ppreżentata pjanta separata għal kull għalqa. Ħadd ma jista’ jissottometti aktar minn applikazzjoni waħda.  

L-applikazzjonijiet jagħlqu fis-26 ta' Marzu 2004. L-ebda applikazzjoni ma tiġi aċċettata wara din id-data.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow