Left arrow Mur Lura

IL-FUTUR TAT-TUG MALTA (+ PR

PR1925
Date Icon 16/12/2004

Il-Kumpanija Tug Malta mistennija tinvesti madwar Lm 4 miljuni biex tibdel parti mill-flotta tagħha b’żewġ Tug Boats ġodda li għandhom iwasslu għal titjib fis-servizz. Dawn it-Tug Boats mistennija jsiru parti mill-flotta tat-Tug Malta fit-tliet snin li ġejjin.

Dan qalu l-Ministru Austin Gatt, f’konferenza ta’ l-aħbarijiet, fejn ġew pubblikati ir-riżultati finanzjarji tal-kumpanija. John E. Sullivan ippreżenta r-riżultati finanzjarji tal-kumpanija matul il-konferenza ta’ l-aħbarijiet.  

Il-Ministru Austin Gatt irrimarka li r-riżultati finanzjarji tal-kumpanija Tug Malta , jixhdu, kontroll strett fuq l-infieq amministrattiv tal-kumpanija kif ukoll il-konċentrazzjoni fuq l-operat. Huwa fisser li l-akbar żieda fl-infieq  hija ġejja miż-żieda fis-salarji, li hi attribwibbli għar-riformi li għamilna fis-servizz li noffru lill-klijenti tagħna. Fil-fatt il-Ministru Gatt spjega li llum il-kumpanija toffri servizz lill-klijenti tagħha 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa fiż-żewġ portijiet.  

Il-Ministru Austin Gatt spjega li t-tendenza tal-profittabilità qed titnaqqar minħabba ż-żieda kull sena fl-ispejjeż, it-titjib fis-servizz, li jippretendu l-klijenti, u l-fatt li r-rati li żżomm ilhom l-istess mill-1990.  

Kien għallhekk li l-Kabinett din is-sena iddeċieda li t-Tug Malta, mill-profitti tagħha, ser tinvesti f’żewġ Tug Boats ġodda biex tkun tista’ tkompli ttejjeb il-livell ta’ servizz li toffri. Dawn iż-żewġ tugboats ser jieħdu post dik il-parti tal-flotta li issa qdiemet u m’għadhiex tajba għas-servizz.  

Il-Kabinett iddeċieda wkoll li r-rati li żżomm it-Tug Malta se jiġu riveduti għall-ewwel darba f’14-il sena. Dan ser isir biex nassiguraw sostenibbilità finanzjarja waqt li nassiguraw li l-kompetittività ta’ Malta tibqa’ mħarsa. Il-Ministru Austin Gatt qal, li anke bir-reviżjoni tat-tariffi Malta ser tibqa’ l-orħos fir-reġjun fil-qasam tat-towage. Fil-fatt Malta ser tkun orħos minn Barċellona, Bouc, Caroute, Fos, Genova, Gioia Tauro, La Spezia, Larnaca, Limassol, Livorno, St Louis du Rhone, Marsilja, Piraeus, Salerno u Valenzja.  

Innovazzjoni ġdida li ser tiġi introdotta din is-sena hija l-introduzzjoni, għall-ewwel darba ta’ rati preferenzjali għall-klienti spissi tat-Tug Malta, inkluża l-Malta Shipyard.  

Il-Ministru Austin Gatt qal li l-Gvern iddeċieda li jitlob lill-Awtorità Marittima biex is-servizzi ta’ towage fil-portijiet jiġi definit bħala “servizz ekonomiku essenzjali” skond il-liġi Ewropea. Dan ser jippermetti lit-Tug Malta tibqa’ topera b’mod viabbli fil-futur. Huwa spjega l-bżonn ta’ sieħeb strateġiku biex it-Tug Malta tippenetra aktar il-qasam tal-offshore towage inkluż s-salvage li jtiha skop ġdid u jsarraf aħjar l-investiment.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow