IL-PRIM MINISTRU JĦALLI MALTA GĦAL BRUSSELL GĦAL-LAQGĦA TAL-KAPIJIET TAL-GVERN TA’ L-UNJONI EWROPEA
Il-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi, illum ħalla Malta għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-Kapijiet tal-Gvern li fost affarijiet oħra mistenni jiddiskuti t-talba tal-Gvern Tork sabiex jinfetħu n-negozjati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru ser ikun akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dott. Michael Frendo, ir-Rappreżentant Permanenti għall-Unjoni Ewropea s-Sur Richard Cachia Caruana, is-Segretarju Privat tal-Prim Ministru s-Sur Remigio Bartolo, il-Kap tad-Direttorat ta’ l-Unjoni Ewropea s-Sur John Inguanez, il-Ko-ordinatur tal-Komunikazzjoni s-Sur Alan Camilleri u s-Senior Economist fil-Ministeru tal-Finanzi, is-Sinjorina Fleur Vella.
Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta għada l-Ġimgħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946