Left arrow Mur Lura

RATI GODDA GHAD-DEPOZITU TAR-RADAM

PR191
Date Icon 17/02/2004

Wara xi rapporti li deheru f’sezzjonijiet ta’ l-istampa lokali dwar ir-rati l-godda ghad-depozitar tar-radam fil-facilitajiet amministrati minn WasteServ Malta Ltd, il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura jixtieq jinnota dan li gej.

 F’laqgħa li saret il-gimgħa l-oħra bejn il-Ministru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor.  Ninu Zammit u rappreżentanti mill-FOI immexxija mill-President Anthony Borg u Anglu Xuereb, mill-FOBC, ġie deċiż u maqbul li r-rata l-ġdida tiġi implimentata mid-29 ta’ Marzu 2004.  Kemm l-FOI u l-FOBC talbu dan il-posponiment biex ikun hemm biżżejjed żmien biex jikkommunikaw lill-membri tagħhom il-bidla fil-prezz għad-depożitu tar-radam fil-faċilitajiet amministrati minn WasteServ Malta Ltd. 

Il-htiega li r-rata l-gdida ghanda tkun dik ta’ 73c u mhux 39c inhasset minhabba l-fatt li hekk kif tħabbar fl-aħħar budget, minn din is-sena l-Gvern se jintroduċi miżuri sabiex l-immaniġġjar ta’ l-iskart f’pajjiżna jkun aktar sostenibbli u kulħadd ikun konxju ta’ l-iskart li hu stess jiġġenera.  Il-bidla fil-prezz hi waħda minn dawn il-miżuri; u titħallas fuq skart iġġenerat mill-industrija tal-kostruzzjoni. Dan qed isir biex titnaqqas l-ispiża ta’ l-immaniġġjar tal-materjal li ġej mill-industrija tal-kostruzzjoni. L-ammont ta’ skart tal-kostruzzjoni li qed jiġi ġġenerat qed iwassal għal spiża sostanzjali biex wieħed jiddisponi min dan il-materjal b’mod sostenibbli.   

Din iż-żieda għandha sservi bħala inċentiv biex operaturi fl-industrija tal-bini jnaqqsu l-ammont ta’ skart iġġenerat billi huma stess jintroduċu sistemi ta’ riċiklaġġ jew jiddisponu mill-materjal f’siti oħra koperti mill-permessi meħtieġa.

Ta’ min ifakkar li bir-rata kif kienet sa’ l-2003, min jiġġenera l-iskart (radam) tal-kostruzzjoni jħallas 38c kull tunnellata;  filwaqt li l-Gvern, u l-poplu li jħallas it-taxxi, kien jissusidja kull tunnellata biċ-ċifra ta’ 98c kull tunnellata,  peress li l-kuntrattur li jirċievi l-iskart jitħallas total ta’ Lm1.36c ghal kull  tunnellata.  Dan ifisser li l-poplu jissussidja l-immaniġġjar ta’ dan ir-radam b’ammont ta’ madwar miljun lira fis-sena,  peress li l-ammont ta’ radam depositat f’barrieri speċifiċi huwa ta’ madwar 1,200,000 tunnellata fis-sena.

Id-39 centezmu  li kienu jitħallsu qabel (sa l-aħħar ta’ l-2003), ma kienetx tkopri l-ispiża tal-WasteServ għall-immaniġġjar ta’ dan l-iskart, peress li ċ-ċifra ta’ 39ċ kienet relatata ma’ rimi ta’ radam mingħajr kontroll fil-Magħtab.  It-39ċ kienet daħlet fl-1997, taħt amministrazzjoni Laburista. Ir-rata l-ġdida ffissata mill-WasteServ hija ntiza biex dan it-tip ta’ radam jiġi mmaniġġjat b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent,  kif ukoll isir bl-inqas spiża teknikament possibli. 

Bir-rata ġdida ta’ 73c kull tunnellata (inkluż VAT), il-kuntrattur li jirċievi r-radam jitħallas bir-rata ta’ Lm1.39c (inkluż il-VAT)  ghal kull tunnellata, li allura jfisser sussidju ta’ madwar 66c kull tunnellata.  Fuq ammont annwali ta’ radam ta’ madwar 1,200,000 tunnellata, dan ifisser sussidju mill-poplu ta’ madwar Lm795,000 fis-sena.  Dan ifisser ukoll iffrankar għat-‘taxpayer’ Malti u Ghawdxi ta’ madwar Lm372,000 f’sena waħda.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow