Left arrow Mur Lura

L-IFFAĊILITAR GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U S-SELF-EMPLOYED JGĦIN L-ATTIVITÀ KUMMERĊJALI F’PAJJIŻNA

PR1909
Date Icon 10/12/2004

L-attivita` kummerċjali f’pajjiżna kapaċi tikber u toħloq l-impjiegi kemm-il darba nagħmluha faċli biex self-employed u negozji żgħar ikunu jistgħu jaħdmu – is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

F’kummenti li ta waqt żjara ma’ numru ta’ self employed, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “l-attivita` kummerċjali f’pajjiżna hija magħmula minn għadd kbir ta’ negozji żgħar li huma magħmula minn self-employed u negozji tal-familja.  Dawn in-negozji ż-żgħar huma mferrxa fl-oqsma kollha ta’ l-attivita` kummerċjali.  In-negozji żgħar li jħaddmu inqas minn 10 minn nies, bħalma jiġri f’pajjizi oħra ta’ l-Unjoni Ewropea, jagħmlu aktar minn 98% ta’ l-attivita` kummerċjali.”

L-Onor. Vassallo ta wkoll indikazzjoni ta’ fejn żdiedu l-impjiegi maħluqa mill-attivita` kummerċjali f’pajjiżna.  Huwa qal li “l-attivita` kummerċjali f’pajjiżna, bl-involviment ta’ ħafna minn dawn in-negozji żgħar tagħna, din is-sena kienet kapaċi toħloq 1729 impjieg ġdid.  Kemm-il darba pajjiżna rridu narawh jikber fl-Unjoni Ewropea, kull min għandu responsabbilta` li jagħti servizz lis-settur kummerċjali jrid jifhem li s-settur ta’ l-attivita` kummerċjali kapaċi joħloq dejjem aktar impjiegi jekk ikun moqdi b’effiċjenza u b’inqas burokrazija.

“Bl-istess insistenza, is-settur kummerċjali jrid jifhem li għandu l-obbligi tiegħu lejn il-ġirien, lejn l-ambjent u lejn Liġijiet Fiskali.  F’kelma wahda, jekk irridu l-attivita` kummerċjali tikber b’servizz effiċjenti u inqas burokrazija, rridu naraw self-employed, sidien ta’ negozji żgħar u dawk kollha li huma nvoluti fl-attivita` kummerċjali ta’ pajjiżna li ma jibqgħux jaħsbu li suq ħieles huwa suq li fih kulħadd jista’ jagħmel li jrid.  Bil-kuntrarju, suq ħieles ifisser suq organizzat fejn in-negozju għandu aktar regolamenti li jirregolaw l-attivita` kummerċjali tiegħu.  Dawn ir-regolamenti, għal min iqishom bħala direzzjoni, huma l-aħjar għodda għal negozju organizzat u kapaċi jirrispondi għall-ħtiġijiet tal-konsumatur.  Min dawn ir-regolamenti jarahom żejda, jkun qiegħed jiddeċiedi li jkisser l-attivita` kummerċjali tiegħu.

“Kemm-il darba tassew irridu nkabbru l-attivita` kummerċjali tagħna, kull min qiegħed jagħmel negozju f’pajjiżna għandu jagħti importanza lill-ħarsien ta’ l-etika u l-valuri fit-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu.”

Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li “l-messaġġ ewlieni li joħrog minn dan il-budget huwa li l-Gvern irid jaħdem biex inaqqas l-ekonomija moħbija (“illicit trading”).  Dan għaliex meta nnaqqsu din l-attivita` kummerċjali moħbija, li ssib sens fl-evażjoni tad-dmirijiet soċjali u fiskali, nkunu qegħdin insaħħu l-kompetittivita` bejn dawk kollha li qegħdin jagħmlu l-attivita` kummerċjali f’pajjizna.  Dan għaliex l-akbar diffikulta` li jiltaqgħu magħha l-imprendituri li għandhom negozju li qiegħed jitmexxa kif mitlub mil-liġijiet, hija l-kompetizzjoni nġusta li għandhom ma’ min qiegħed jagħmel attivita` kummerċjali bil-moħbi.”

Tabelli…


Employment in the Commercial Sector

2000

2001

2002

2003

2004

Difference

(2003 – 2004)

% Difference

(2003 – 2004)

Wholesale and Retail Trades

15,633

15,289

15,593

15,993

16,430

437

2.7

Banks and Financial Institutions

4,228

4,140

4,052

4,039

4,017

-22

-0.5

Insurance

816

852

842

831

852

21

2.5

Real Estate

492

492

486

507

480

-27

-5.3

Transport

8,300

7,712

7,564

7,496

7,583

87

1.2

Storage and Warehousing

694

740

759

769

751

-18

-2.3

Communications

2,383

2,572

2,537

2,277

2,142

-135

-5.9

Community and Business

14,315

15,762

16,843

17,594

18,739

1145

6.5

Recreation Services

840

1,143

941

924

943

19

2.1

Hotels and Catering Establishments

9,812

9,962

9,599

9,584

9,590

6

0.1

Other Personal Services

2,824

2,644

2,689

2,733

2,819

86

3.1

Agriculture and Fisheries

2,292

2,278

-14

-0.6

Quarrying and Construction

6,844

7,016

172

2.5

Manufacturing

27,682

27,392

-290

-1.0

Self Employed

15,645

15,907

262

1.7

TOTAL

115210

116939

1729

1.5

Source:  NSO Labour Statistics 207/2004

Economic Survey, January – September 2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow