IMFAKKAR JUM IR-REPUBBLIKA F’GĦAWDEX
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, ser tippresjedi l-attivitajiet organizzati f’Għawdex sabiex jiġi mfakkar it-30 anniversarju ta’ Malta Repubblika.
Iċ-ċerimonja, li ser issir nhar it-Tnejn, 13 ta’ Dicembru fis-6.45pm, ser tibda bil-Banda tal-Pulizija li takkumpanja l-wasla ta’ l-Onor. Ministru fi Pjazza Indipendenza, Victoria. L-attivita` tilħaq il-qofol tagħha bit-tqegħid ta’ fjuri mal-Lapida Kommemorattiva li tfakkar il-jum tat-13 ta’ Diċembru 1974. Waqt l-istess ċerimonja l-Banda tal-Pulizija tesegwixxi programm mużikali li jasal fi tmiemu bid-daqq ta’ l-Innu Malti.
Wara, il-Banda tal-Pulizija tesegwixxi marċ minn Pjazza Indipendenza, tkompli l-isfilata tagħha tul Triq ir-Repubblika u Triq Putirjal sa Pjazza San Franġisk fejn tilqa’ lill-Eċċellenza Tiegħu Dr. Edward Fenech Adami, President ta’ Malta .
Iktar tard wara ċ-ċerimonja, il-President ta’ Malta, Dr. Edward Fenech Adami u s-Sinjura Fenech Adami jagħtu riċeviment fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika ġewwa s-Swali ta’ l-Esibizzjonijiet, fil-Ministeru għal Għawdex.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946